Ippjana l-vaganza tiegħek għall-ħarifa dan l-Għid mal-Air Malta

Marzu 25, 2013

L-Air Malta nediet promozzjoni speċjali għall-Għid. Permezz ta' din l-offerta, il-linja tal-ajru qiegħda tagħti skont ta' 10% fuq il-prezzijiet ippubblikati tagħha fuq it-titjiriet skedati kollha mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru 2013.  

Fil-kummenti tiegħu dwar din il-Promozzjoni għall-Għid, Philip Saunders, il-Kap Kummerċjali qal, "Għal darb'oħra, l-Air Malta qed toffri sorpriża speċjali għall-Għid b'opportunità li tibbukkja issa u tibbenefika minn skont ta' 10% fuq aktar minn 320,000 titjira mifruxa fuq in-netwerk skedata tagħna aktar tard din is-sena. Għalkemm forsi jkollok tqalleb sew biex issib bajd tal-Għid matul il-perjodu tal-vaganzi, m'hemmx bżonn li tqalleb mal-Air Malta għaliex l-iskont japplika għal kull prezz fuq kull titjira. Din hija opportunità perfetta biex tiggwadanja minn skont u ttir lejn id-destinazzjoni li tixtieq fil-ħarifa li ġejja."

Din l-offerta ser tkun miftuħa mil-lum sa Ħadd il-Għid, il-31 ta' Marzu fil-11.59 pm ħin ta' Malta. Il-biljetti mixtrija permezz ta' din l-offerta huma validi għall-ivvjaġġar permezz tan-netwerk tal-Air Malta bejn l-1 ta' Ottubru u t-30 ta' Novembru 2013.  

Din l-offerta hija miftuħa għal biljetti bbukkjati permezz tal-websajt www.airmalta.com u mingħand aġenti tal-ivvjaġġar f'Malta. Jistgħu japplikaw ċerti kundizzjonijiet.

L-Air Malta żżomm mal-impenn tagħha li toffri valur għall-flus u servizz superjuri kemm fil-kabini ekonomiċi kif ukoll dawk business class. Il-linja tal-ajru toffri b'xejn sa 10 kg fuq hand luggage u sa 20Kg fuq bagalji oħrajn lill-passiġġieri tal-klassi ekonomika.  Il-passiġġieri li jivvjaġġaw Club Class jistgħu jġorru sa żewġ biċċiet hand luggage għal piż totali ta' 15 Kg flimkien ma' 30Kg fuq bagalji oħrajn.

1