Sales Blitz Champion Award 2013

Data: Il-Ġimgħa, 4 ta’ Lulju 2014
Ref: 061-2014 MT


Numru ta’ impjegati tal-Air Malta ingħataw l-opportunità unika li jżuru diversi pajjiżi biex jippromwovu l-linja tal-ajru u l-Gżejjer Maltin ma’ diversi aġenziji barranin tal-ivvjaġġar u operaturi tal-vjaġġi. L-inizjattiva, bl-isem ta’ Sales Blitz, hija organizzata flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

“Is-Sales Blitz joffru mod fantastiku għal tkabbir u żvilupp, kemm għall-kumpanija u kemm għall-impjegati tal-linja tal-ajru. Il-kuntatt personali tal-impjegati ma’ klijenti prospettivi tagħmel dan l-iskambju ħafna iktar memorabbli u ta’ valur, billi jipprovdi esperjenza ħolistika,” qal Philip Saunders, Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta. 

L-istaff, megħjuna mir-rappreżentanti tal-linja tal-ajru tal-pajjiż partikolari, ngħata ċ-ċans li jiltaqa’ ma’ aġenziji tal-ivvjaġġar u jiddiskuti l-opportunitajiet attraenti li Malta toffri bħala destinazzjoni. It-tim jiddiskuti dettalji tal-iskeda ta’ titjiriet tal-Air Malta,  il-prezzijiet u l-prodotti bl-għan li jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ negozju. 

Waqt preżentazzjoni qasira li saret fid-dipartiment Kummerċjali tal-linja tal-ajru, it-tim Grieg, immexxi minn Kostas Moschidis u megħjun minn membru tal-ekwipaġġ Vanessa Buhagiar, ingħata l-premju “Sales Blitz Champion Award 2013”. It-tim ġab l-ikbar ammont ta’ ibbukkjar fuq żvilupp ta’ negozju ġdid f’pajjiżi barranin.

“Flimkien, Mr Moschidis u Ms Buhagiar biegħu iktar minn elf seat tal-linja tal-ajru, li hu pjuttost impressjonanti. B’kollox, fil-Kampanja ta’ Bejgħ ta’ din is-sena nbiegħu iktar minn 10,000 seat, b’total iġġenerat ta’ kważi €1.2 miljuni wara ħarsa fuq sitt xhur, b’€600,000 minnhom ikunu negozju ġdid għall-2013,” kompla Mr Saunders.

Il-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta awgura liż-żewġ membri tat-tim tal-Air Malta għas-suċċess tagħhom talli rrappreżentaw lil Malta u l-linja tal-ajru nazzjonali bħala ambaxxaturi tal-kumpanija.

Il-Blitz li jitqassam fuq ħamest ijiem, jikkonsisti f’madwar 20 laqgħa ma’ klijenti ġodda ta’ negozju potenzjali (operaturi tal-vjaġġi u aġenziji) f’iktar minn 10 pajjiżi madwar l-Ewropa kollha, inklużi r-Renju Unit, l-Italja, il-Belġju, l-Awstrija, u l-Olanda. Qabel ma telqu għal din l-esperjenza, dawk magħżula biex jirrappreżentaw l-Air Malta kienu mħarrġa dwar it-tekniki tal-bejgħ.

Din l-inizjattiva ta’ flessibiltà fix-xogħol tgħin biex jittejbu l-livelli kollha fl-eżekuzzjoni organizzattiva, billi ħiliet li jistgħu jkunu mkabbra jiġu definiti u żviluppati biex jistimulaw il-bejgħ. B’mod simultanju dan kollu jiġġenera perspettiva iktar ħolistika tal-linja tal-ajru permezz ta’ din l-opportunità ġdida ta’ xogħol.

Il-proġett huwa mmexxi minn Daniela Mtanos flimkien ma’ Charles Cilia, Kap tal-Bejgħ u r-Reġjuni.

 Mr Philip Saunders, Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta, jippreżenta l-Premju għar-Rebbieħ tal-Kampanja ta’ Bejgħ tal-Air Malta 2013 lill-membru tal-ekwipaġġ Vanessa Buhagiar.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!