L-Air Malta tirbaħ l-ewwel tournament tal-volleyball għall-impjegati

Data: L-Erbgħa, 18 ta’ Ġunju 2014
Rif: 55-2014 MT


L-impjegati tal-Air Malta kienu r-rebbieħa tal-ewwel tournament tal-volleyball organizzat mill-Malta Employees Sports Association (MESA). Huma rebħu l-logħob tagħhom kollu biex b’hekk ħadu l-kampjunat.  

Ħadu sehem sitt timijiet: l-Air Malta, l-Università ta’ Malta, il-Bank Ċentrali, l-Isptar Mater Dei u żewġ timijiet mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM). 

“Nixtiequ nifirħu lill-Air Malta talli kienu l-ewwel tim li rebaħ dan t-tournament, u nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lit-timijiet kollha li pparteċipaw, li mingħajrhom it-tournament ma kienx isir,” qal is-Segretarju tal-MESA, Mario Saliba.

“Kienet espejenza sabiħa ħafna għalina, b’mod speċjali f’dak li jirrigwarda l-għaqda li nbniet bejn it-tim u l-fatt li ltaqjna ma’ impjegati minn kumpaniji oħrajn. Hija dejjem xi ħaġa sabiħa li ssir taf lill-kollegi tiegħek wara ġurnata sħiħa kkakkmati fl-istess uffiċċju. Il-fatt li rbaħna t-tournament ressaqna aktar qrib ta’ xulxin,” qal il-kaptan tat-tim tal-Air Malta, il-First Officer Josef Pirotta. 

Il-logħob intlagħab fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal-Kirkop, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport. 

It-tournament kien organizzat mill-Malta Employees Sports Association (MESA), entità governattiva u parastatali. Il-MESA torganizza wkoll avvenimenti sportivi oħrajn inklużi l-futbol, il-biljards, l-isnooker, id-darts, il-bowling, it-table tennis u l-ġiri.

Dawn huma r-riżultati finali: 

Grupp A: Università ta’ Malta v AFM 1 0-2 (15-25, 20-25), Università ta’ Malta v Air Malta 0-2 (23-25, 23-25) u Air Malta v AFM 1 2-0 (25-22, 25-23). 

Grupp B: Bank Ċentrali v AFM 2 2-0 (25-14, 25-13), Bank Ċentrali v Mater Dei 2-0 (25-11, 25-18), AFM 2 v Mater Dei 2-0 (26-24, 25-9).

Is-Semi-Finali: Air Malta v AFM 2 2-0 (15-6, 15-7), Bank Ċentrali v AFM 1 2-0 (15-10, 15-8).

Il-Finali: Air Malta v Bank Ċentrali 2-0 (18-16, 15-8).

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!