L-Air Malta b’messaġġ qawwi dan il-Milied

Diċembru 23, 2014

Data: It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru 2014
Rif: 102-2014 MT


L-Air Malta nediet video biex tappoġġja l-kampanja #StopHate li hija maħsuba biex tqajjem kuxjenza dwar cyber bullying.

Il-video jibgħat messaġġ qawwi kontra cyber bullying li huwa komuni fost iż-żgħażagħ fejn sitta minn għaxra huma b'xi mod jew ieħor suġġetti għal xi forma ta' bullying.

Joe Galea, Deputat Kap Kummerċjali qal, "Il-linja nazzjonali tagħna hija kburija li qed tappoġġja l-kampanja #StopHate u aħna kuntenti ħafna b’dan il-video qasir li jgħin biex jiżdied l-għarfien dwar ir-rejalta’ ta' cyber bullying u l-effetti negattivi fuq il-ġenerazzjoni zagħzugħa. "

Din il-kampanja tagħmel parti mill-inizjattivi ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Air Malta li biha tappoġġja inizjattivi bħal dawn bħala parti mill-kontribuzzjoni tagħha lejn il-komunità Maltija. L-ebda linja tal-ajru oħra li toppera lejn Malta ma tagħti appoġġ kontinwu lill-organizzazzjonijiet volontarji u mhux governattivi bħal l-Air Malta.


1