L-Air Malta tassisti lill-Malta Community Chest Fund

Novembru 11, 2014

Data: It-Tlieta, 11 ta’ Novembru 2014
Ref: 088 - 2014 MT

L-Air Malta, flimkien ma’ Sky Gourmet, ser tkun qed tassisti lill-Malta Community Chest Fund tul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru. Matul dawn ix-xhur, l-Ekwipaġġ tal-Kabina tal-Air Malta ser ikunu qed jiġbru fondi abbord it-titjiriet tal-linja tal-ajru favur din il-kawża.

Joe Galea, id-Deputat Kap Uffiċjal Kummerċjali qal, “Il-linja tal-ajru nazzjonali hija kburija li għal darb’oħra ser tkun qed tappoġġja lill-Malta Community Chest Fund. Nemmen li organizzazzjonijiet lokali bħall-Air Malta huma obbligati jappoġġjaw inizjattivi bħal dawn li jgħinu lis-soċjetà Maltija.”

Il-Malta Community Chest Fund hija organizzazzjoni li għandha l-għan li tippromwovi s-solidarjetà fost in-nies li jgħixu Malta. Il-Fond, li huwa ppresedut mill-President ta’ Malta, jappoġġja lil istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju, materjali u professjonali lil nies li għaddejjin minn diffikultajiet minħabba mard terminali jew kroniku sever, inkluż il-kanċer, diżabilità, faqar, qgħad jew nuqqas ta’ riżorsi, bla ebda forma ta’ diskriminazzjoni.

L-MCCF torganizza bosta avvenimenti annwali biex tiġbor fondi. Dawn jinkludu l-August Moon Ball, l-Irkant tal-Arti, il-Fun Run tal-President, il-kampanja Piggy Bank fost it-tfal tal-iskola, Rockestra, Paqpaqli għall-Istrina (avveniment esklussiv tal-karozzi tassew popolari ma’ dawk li jħobbu l-karozzi), il-Bike Ride tal-President, wirjiet tal-moda u l-Istrina (maratona ta’ 12-il siegħa ġbir ta’ fondi). Din is-sena, ġew organizzati bosta attivitajiet oħrajn għall-ewwel darba taħt il-Presidenza l-ġdida. Dawn inkludew il-Festa fil-Palazz ta’ San Anton, il-Ballu tal-President f’Għawdex u attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi organizzati mill-assoċjazzjonijiet.

Dawn l-attivitajiet kollha involvew eluf ta’ persuni li jiddedikaw ħin, flus u enerġija minn jeddhom sabiex jagħtu sehemhom għal kawża tassew nobbli, u jkunu xhieda tal-valur tal-imħabba u s-solidarjetà.

Din il-kampanja tagħmel parti wkoll mill-inizjattivi ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Air Malta li bihom il-linja tal-ajru ssostni lil organizzazzjonijiet li jagħtu sehemhom fil-komunità Maltija. Ebda linja tal-ajru oħra li topera lejn Malta ma tipprovdi appoġġ kontinwu lil organizzazzjonijiet volontarji u mhux governattivi daqs l-Air Malta.

1