Air Malta Tespandi s-Servizzi tal-Web u Mobile Check-in

Diċembru 6, 2014

Data: Is-Sibt 6 ta’ Diċembru, 2014
Ref: 094-2014 MT


Air Malta espandiet s-servizzi tal-web u mobile check-in minn 17-il ajruporti internazzjonali.

B'effett immedjat il-passiġġieri tal-Air Malta issa se jkunu jistaw jgħamlu check-in permezz tas-sit tal-kumpanija jew l-mobajl f’ħafna mid-destinazzjonijiet sa siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq.

Il-passiġġieri li jużaw dawn is-servizzi jistaw jibdew jgħamlu check-in għat-titjiriet 24 siegħa qabel it-tluq, jagħżlu il-post tagħhom abbord l-ajruplan u jirċievu boarding pass b’kodiċi immedjatament.


Is-servizz huwa issa disponibbli fl-ajruporti li ġejjin: Malta, Londra Heathrow u Gatwick, Vjenna, Ateni, Sofia, Frankfurt, Berlin, Hamburg, Dusseldorf, Catania, Zurich, Lyon, Ġinevra, Manchester, Moska-Domodedovo u Marsilja. Fil-ġimgħat li ġejjin dawn is-servizzi ser jiġu offruti wkoll minn erba' ajruporti oħrajn: Ruma, Milan, Pariġi Orly u Charles de Gaulle.

"Permezz tas-servizzi bħal web u mobile check-in aħna qed niffaċilitaw l-formalitajiet tal-ajruport biex nassistu passiġġieri biex jiffrankaw ħin u jevitaw kjuwijiet fl-ajruport. Tali servizzi joffru lill-passiġġieri l-flessibbiltà biex ikunu jistgħu jgħamly check-in waqt il-vjaġġi tagħhom jew mill-kumdità tad-dar jew l-uffiċċju. Qegħdin naħdmu iebes biex noffru servizzi oħra mtejba lill-klijenti tagħna", qalet Matina Massa, Chief Information Officer fl-Air Malta.

Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.



 

1