L-Air Malta Żżid Frekwenza Ġdida lejn Djerba

Settembru 11, 2014

Data: Il-Ħamis, 11 ta’ Settembru 2014

Ref: 078 – 2014 MT

Illum l-Air Malta ħabbret li sejra żżid l-iskeda tagħha bejn Malta u Djerba b’titjira fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tlieta b’effett mis-16 ta’ Settembru 2014. Għaldaqstant, il-linja tal-ajru Maltija sejra tibda topera tliet titjiriet fil-ġimgħa lejn/mill-belt Tuneżina kull nhar ta’ Tlieta, il-Ħamis u l-Ħadd.

Huwa u jikkummenta fuq din l-aħbar, Joe Galea, il-Viċi-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, “Din id-deċiżjoni ttieħdet wara żieda fid-domanda rreġistrata minn meta erġajna bdejna s-servizzi tal-ajru lejn it-Tuneżija x-xahar li għadda. Is-servizz sar popolari ħafna u ċ-ċifri tal-passiġġieri qegħdin jiżdiedu dejjem aktar.”

Is-Sur Galea qal ukoll li, “Iż-żieda fil-frekwenza lejn Djerba hija pass importanti ieħor fl-isforzi tagħna li nkomplu nassistu u niffaċilitaw il-vjaġġi bejn iż-żewġ pajjiżi wara li żdiedet id-domanda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja.”

L-iskeda aġġornata tat-titjiriet se tkun kif ġej (ħinijiet lokali):

It-Tlieta

KM680  Tluq  Malta  07:00hrs  Wasla  Djerba  07:00hrs 
KM681  Tluq Djerba  08:00hrs  Wasla Malta  10:00hrs 

il-Hamis

KM680  Tluq Malta  14:55hrs  Wasla  Djerba  14:55hrs 
KM681  Tluq  Djerba  15:55hrs  Wasla Malta  17:55hrs 

il-Hadd

KM680  Tluq  Malta  15:55hrs  Wasla  Djerba  15:55hrs 
KM681  Tluq  Djerba  16:55hrs  Wasla Malta  18:55hrs 
1