72 siegħa sabiex taħtaf wieħed minn 20,000 post tal-Air Malta bi prezz imraħħas

Jannar 25, 2016

Data: It-Tlieta, 26 ta’ Jannar 2016
Ref: 005-2016

L-Air Malta għadha kif nediet roħs promozzjonali fuq titjiriet mgħażula li jibdew minn 44 euro f’direzzjoni waħda, inklużi t-taxxi u tariffi oħra. Qed jiġu offruti aktar minn 20,000 post fuq 22 destinazzjoni għal vjaġġi bejn il-1 ta’ April u t-31 ta’ Ottubru 2016.

Ir-roħs huwa miftuħ għal 72 siegħa biss li jibdew nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar fid-7:00am sas-Sibt 30 ta’ Jannar fit-6:59am. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-websajt tal-Air Malta www.airmalta.com, miċ-ċentru tat-telefonati fuq +356 21662211 u l-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

Il-promozzjoni tal-linja tal-ajru hija disponibbli fuq titjiriet lejn u minn Amsterdam, Ateni, Berlin, Brussell, Budapest, Düsseldorf, Frankfurt, Ħamburg, Londra, Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi, Ruma, Vjenna u Zurich. 

Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà. Termini u kundizzjonijiet jistgħu japplikaw. Għal aktar tagħrif żur www.airmalta.com, jew idħol fuq www.facebook.com/AirMalta .

L-Air Malta topera skeda ta’ titjiriet b’ħinijiet konvenjenti lejn u minn ajruporti ta’ bliet ewlenin, u toffri aċċess u konnessjonijiet faċli bi skeda ta’ titjiriet affidabbli. Flimkien mal-linji tal-ajru msieħba, l-Air Malta toffri netwerk ta’ aktar minn 100 destinazzjoni. Il-linja tal-ajru Maltija tibqa’ impenjata li toffri prezzijiet b’valur għall-flus u servizz superjuri kemm fil-kabini economy class kif ukoll fil-business class. 

Il-linja tal-ajru toffri wkoll lill-klijenti l-faċilità b’xejn ta’ hand luggage ta’ 10kg u bagalja waħda ta’ 20kgs anki fuq l-orħos biljetti tagħha “Simply Fly”. 

Il-passiġġieri tal-Business Class jingħtaw faċilità ta’ żewġ biċċiet ta’ hand luggage b’piż totali ta’ 15-il kilo u sa żewġ bagalji (massimu ta’ 64 kilo) għall-klijenti “Business Anytime”.

-tmiem-
1