Ottubru 7, 2016
Data: Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ottubru 2016
Ref: 072-2016 MT
L-Air Malta nediet skema ta’ premjijiet innovattiva li tagħti skontijiet lill-klijenti fix-xiri li jmiss tagħhom jekk jaqtgħu tajjeb l-avvenimenti magħżula minn qabel. Din l-offerta esklussiva hija miftuħa għall-klijenti li jagħmlu prenotazzjoni b’suċċess u jaqtgħu tajjeb ir-riżultat ta’ avveniment. L-avvenimenti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, logħob tal-futbol u avvenimenti sportivi oħrajn.
“L-Air Malta hija l-ewwel linja tal-ajru li toffri tali premju innovattiv lill-klijenti. Aħna ridna noħolqu skema unika, ċans li noffru lill-klijenti tagħna mhux biss valur miżjud iżda wkoll opportunità biex ninvolvu ruħna aktar magħhom. Ġewwa l-Air Malta aħna dejjem infittxu prodotti u servizzi innovattivi u din l-iskema ta’ premjijiet taqbel perfettament mal-għan tagħna li noffru dak id-daqsxejn aktar lill-mistiedna tagħna,” qalet Ursula Silling, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta.
Din il-promozzjoni qed tiġi offruta flimkien ma’ DiscountIF, kumpanija ġdida u innovattiva li twaqqfet f’Londra b’operazzjonijiet f’Malta u li għandha l-għan li tittrasforma skontijiet fin-negozju tal-kummerċ elettroniku.
Rebbieħa tal-iskema ser jirċievu kodiċi ta’ kupun ta’ skont b’valur ta’ Eur 30; Gbp 25, Chf 33 għal kull segment, skont l-ajruport ta’ tluq. Il-voucher ser ikun kodiċi ta’ kupun li jintuża darba u jista’ jissarraf biss fuq www.airmalta.com. Il-kodiċi ser jintbagħat fi żmien seba’ tijiem mill-avveniment.
Termini u l-kundizzjonijiet jistgħu japplikaw. Għal aktar informazzjoni, żur www.airmalta.com, jew www.facebook.com/AirMalta.