X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:21°C L:16°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Istorja tal-Air Malta

L-Air Malta: l-istorja tagħha fil-qosor

L-Air Malta bdiet topera t-titjiriet tagħha fl-1 ta' April 1974 b'servizzi skedati lejn Londra, Birmingham, Manchester, Ruma, Frankfurt, Pariġi u Tripli. 

Illum, l-Air Malta evolviet f'kumpanija tal-ajru reġjonali Ewropea li tiġi fdata minn mijiet ta' eluf ta' passiġġieri kull sena. Aħna noperaw flotta moderna ta' ajruplani bejn il-Gżejjer Maltin u destinazzjonijiet importanti fl-Ewropea, fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant tal-Mediterran.


Is-snin sebgħin (1970s)
  • Il-kumpanija Air Malta tiġi stabbilita permezz ta' Riżoluzzjoni mill-Kamra tar-Rappreżentanti ta' Malta fil-21 ta' Marzu 1973, filwaqt li ġiet irreġistrata bħala kumpanija b'responsabbiltà limitata fit-30 ta' Marzu 1973. 
  • Il-Prim Ministru ta' Malta jagħti lill-kumpanija Liċenzja għal Servizz tal-Ajru valida għal għaxar snin, li kienu jibdew mill-1 ta' April 1973. 
  • L-Air Malta tibda topera t-titjiriet tagħha b'żewġ ajruplani tat-tip Boeing 720B mikrija bl-ekwipaġġ mill-Pakistan International Airlines (PIA) b'servizzi skedati lejn ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Libja. 
Is-snin tmenin (1980s)
  • Il-kumpanija tiffirma ftehim mal-Boeing Commercial Airplane Group għax-xiri ta' tliet ajruplani Avvanzati tat-tip B737-200. Il-kunsinna tagħhom f'Marzu 1983 ħabtet maċ-ċelebrazzjonijiet tal-għaxar snin anniversarju mit-twaqqif tal-kumpanija tal-ajru.
  • Fi żmien sitt xhur mix-xiri ta' dawn l-ajruplani, l-Air Malta jirnexxielha tikseb rekord dinji bl-ogħla utilizzazzjoni għall-operaturi kollha ta' dan it-tip ta' ajruplan: 14.9 sigħat għal kull ajruplan kuljum f'Settembru 1983. 
  • L-Air Malta tkompli ssaħħaħ il-flotta tal-ajruplani tagħha bi ftehimiet strateġiċi ulterjuri bil-għan li ttejjeb u tissodisfa d-dikjarazzjoni tal-missjoni tagħha li tipprovdi servizzi relatati mal-ajru li minnhom jibbenifikaw l-ekonomija Maltija u l-poplu ta' dawn il-gżejjer.

Is-snin disgħin (1990s)

  • F'Mejju 1990, il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni jivvjaġġa mal-Air Malta fuq żjara uffiċjali storika fil-pajjiż.
  • L-Air Malta tkompli żżid il-frekwenza tas-servizzi tagħha lejn destinazzjonijiet ġirien bħal Katanja, Palermo u Tunis.
  • Fir-Rebbiegħa tal-1994, l-Air Malta tikri ajruplan b'qafas wiesa' tat-tip Airbus A310 sabiex jibda jintuża fuq rotot b'densità għolja lejn il-Ġermanja u Londra u fuq ir-rotta b'distanza twila lejn Dubai. Dan l-investiment jgħin lill-kumpanija tal-ajru żżid il-kapaċità tagħha fil-ġarr tal-merkanzija, tant li jkun ta' siwi kbir għall-industrija Maltija.
  • L-Air Malta tibda tinvolvi ruħha b'mod attiv fl-ippjanar tat-terminal tal-ajru l-ġdid fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li ġie inawgurat b'mod uffiċjali fit-8 ta' Frar 1992.
  • Il-kumpanija tal-ajru tiddeċiedi li żżid l-importanza strateġika tal-ħidma tagħha fit-trasport tal-merkanzija bil-għan li n-negozju tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru jirreġistra dħul akbar.
  • Tiġi stabbilita d-diviżjoni CargoSystems biex tipprovdi servizzi li jvarjaw minn immaniġġjar minn partijiet terzi fl-imħażen, kummerċjalizzazzjoni, servizzi ta' courier abbord u, eventwalment, operazzjoni skedata u ddedikata għall-ġarr tal-merkanzija.
  • Lejn nofs u l-aħħar tas-snin disgħin, il-kumpanija tal-ajru tiddeċiedi li tiddiversifika n-negozju tagħha. Il-kumpanija tistabbilixxi sussidjarji u taqsimiet f'negozji relatati, bħal btajjel kollox kompriż, assigurazzjoni tal-ivvjaġġar u mmaniġġjar tal-passiġġieri. 
  • L-Air Malta tingħata ċ-Ċertifikat tal-Approvazzjoni JAR-145 fit-13 ta' Novembru 1997 mid-Direttur Ġenerali Franċiż tal-Avjazzjoni Ċivili f'isem l-Awtoritajiet Konġunti Ewropej tal-Avjazzjoni. Din l-approvazzjoni tirrifletti l-istandards tal-manutenzjoni rikonoxxuti fuq livell internazzjonali applikati fl-Air Malta.

Is-snin elfejn (2000s)

  • F'Jannar 2003, Lufthansa Technik Malta - impriża konġunta ġdida mwaqqfa minn Air Malta u Lufthansa Technik AG - tibda twettaq kontrolli (C-Checks) tal-inġinerija fuq il-flotta sħiħa ta' Boeing 737 u l-ajruplan tal-familja Airbus A320 għal Lufthansa German Airlines, Air Malta u partijiet terzi.
  • Għall-ewwel darba, l-Air Malta tibda topera titjiriet bl-Airbus A319 irreġistrat f'Malta. L-ajruplan b'168 post għall-passiġġieri, bl-isem ‘Valletta’, jopera l-ewwel titjira tiegħu lejn Manchester. Fl-4 ta' Frar 2004, issieħeb it-tieni Airbus A319 fil-flotta tal-Air Malta, bl-isem ‘Mdina’.
  • L-Air Malta tibbenifika mis-sħubija ta' Malta fl-UE billi tibda topera titjiriet intra-Ewropej bejn Katanja u l-ajruport Gatwick ta' Londra. Il-kumpanija tal-ajru tistabbilixxi l-bażijiet tagħha fir-Renju Unit u tibda programm ta' titjiriet charter mir-Renju Unit lejn għadd ta' destinazzjonijiet fl-Ewropa.
  • Il-kumpanija tingħata ċ-ċertifikazzjoni ISO 9001-2000 minn Moody International Certification Ltd għas-servizzi tagħha ta' ground handling fin-naħa ta' ġewwa tal-ajruport.

Is-snin riċenti (2010s)

  • Il-kumpanija tal-ajru tibda tiffaċċja pressjoni akbar fuq id-dħul tagħha u fuq il-mudell kummerċjali tagħha.
  • Fl-2010, il-Gvern Malti jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tawtorizza faċilità ta' self b'valur ta' €52 miljun skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni tapprova l-miżura temporanja.
  • Il-bord u l-maniġment tal-Air Malta jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet biex jiddisinjaw pjan ta' ristrutturar sostenibbli maħsub biex idawwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija tal-ajru. Il-pjan jiġi ppreżentat għal eżaminazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha tapprovah wara skrutinju bir-reqqa.
  • Il-kumpanija tal-ajru tibda timplimenta l-operazzjonijiet ta' ristrutturar tagħha bbażati fuq pjan immexxi mill-Kap Eżekuttiv, Peter Davies, bil-għan li l-kumpanija tal-ajru terġa' tibda tagħmel il-qligħ fi żmien erba' snin. 
  • F'nofs l-2012, l-Air Malta tiżvela l-pożizzjoni tal-branding ġdida tagħha, bil-preżentazzjoni ta' kuluri korporattivi ġodda għall-flotta u logos ġodda għall-kumpanija tal-ajru, kif ukoll għall-kumpaniji sussidjarji. Din il-pożizzjoni ġdida hija maħsuba biex tippromwovi l-Gżejjer Maltin fuq skala internazzjonali u biex issaħħaħ ir-rwol tal-kumpanija tal-ajru bħala l-kumpanija tal-ajru ewlenija tal-Gżejjer Maltin.
  • F'Diċembru 2012, il-forza tax-xogħol tal-kumpanija tal-ajru tiċċaqlaq lejn Skyparks Business Centre fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. It-taqsim modern bi pjan miftuħ jappoġġja l-komunikazzjoni mtejba fost l-impjegati u d-dipartimenti, sabiex b'hekk tiġi enfasizzata t-trasformazzjoni kulturali kontinwa tal-kumpanija tal-ajru.
  • Il-kumpanija tkompli taħdem biex ittejjeb il-proċessi kollha tagħha, kif ukoll biex issaħħaħ l-impenn tagħha li twassal servizzi ta' eċċellenza fl-aspetti kollha tal-operazzjonijiet tagħha.

aġġornata l-aħħar: Jannar 2013






Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn