Il-flotta tagħna
L-Air Malta għandha flotta ta' għaxar ajruplani tat-tip A-319s u A-320s manifatturati mill-kumpanija Airbus.
Aħna nagħtu importanza kbira lis-sigurtà operattiva tal-flotta tagħna. It-tim ta' inġiniera tagħna jiffissaw standards għoljin u jiżguraw li x-xogħlijiet kollha ta' manutenzjoni jissodisfaw l-istandards u l-proċeduri esiġenti ffissati mill-manifatturi u mill-awtoritajiet regolatorji.
Is-sigurtà
L-ewwel prijorità tagħna hija dejjem li npoġġu s-sigurtà tal-klijenti tagħna l-ewwel u qabel kull ħaġa oħra, kemm fuq l-art kif ukoll waqt it-titjira.

Ajruplan Airbus tal-Air Malta
Aħna ninsabu fil-proċess li nvaraw Sistema ta' Ġestjoni tas-Sigurtà (SMS) li tkun tifforma parti minn inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea mfassla biex tikkomprendi l-aspetti kollha tas-sigurtà tal-kumpanija tal-ajru. Pereżempju, is-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tagħna waqt li jkunu fuq xogħolhom taqa' taħt il-kompetenza tal-SMS.
Is-sigurtà waqt l-operat tagħna tirrikjedi eċċellenza kontinwa min-naħa tal-inġiniera tagħna u l-impjegati fit-taqsima tal-operat tat-titjiriet, flimkien ma' kultura ta' sikurezza miftuħa u attenzjoni kbira għad-dettall.
Id-dettalji tal-flotta
Airbus 319L-A319, imħaddem b'magni CFM56, iġorr 141 passiġġier f'konfigurazzjoni tipika ta' żewġ klassijiet ta' postijiet għall-passiġġieri fuq medda li titla' sa 2,600 nm/4,815 km.
Kwantità: 4 ajruplani fil-flotta
Numru ta' postijiet għall-passiġġieri: 141
Magni: 2 CFM56-5B6/P
Piż massimu waqt it-tluq: 73.5 Tunnellati Metriċi
Tul globali: 33.84m
It-tul bejn it-truf tal-ġwienaħ: 34.1m
Veloċità moderata: 834kph
Distanza tal-ivvjaġġar: 4,815 km
Airbus 320
L-A320 huwa ajruplan b'qafas dejjaq, li jivvjaġġa f'distanzi medji u li kapaċi jġorr sa 1.5 tunnellati ta' merkanzija, minbarra tagħbija sħiħa ta' passiġġieri, skont kull rotta. Dan l-ajruplan għandu żewġ stivi li jikkonsistu f'erba' kompartamenti, li kollha huma ddisinjati għall-ġarr ta' posta u merkanzija bl-ingrossa mgħobbija separatament.
Kwantità: 6 ajruplani fil-flotta
Numru ta' postijiet għall-passiġġieri: 168 / 180
Magni: 2 CFM56-5B4/P
Piż massimu waqt it-tluq: 77.0 Tunnellata Metrika
Tul globali: 37.57m
It-tul bejn it-truf tal-ġwienaħ: 34.1m
Veloċità moderata: 834kph
Distanza tal-ivvjaġġar: 4,055 km