Kategoriji tal-ivvjaġġar
Għażliet Imfasslin Madwarek
L-ivvjaġġar mal-Air Malta jżid il-flessibbiltà u jagħtik aktar kontroll.
Ivvjaġġa Kif Trid
Agħżel bejn Business jew Economy Class biex tiddetermina l-livell ta' kumdità u faċilitajiet tiegħek fuq l-art u fl-ajru. Barra minn hekk, irrispettivament mill-kategorija tal-vjaġġ tiegħek, tista' tagħżel noll ‘Saver’ jew ‘Flexi’, li joffrilek l-għażla ta' noll aktar baxx jew inkella aktar flessibbiltà għall-arranġamenti tal-ivvjaġġar tiegħek jew għal kwalunkwe tibdil tal-aħħar minuta.
L-għażla ‘Saver’ tipprovdi valur kbir għall-flus u hija ideali għal min jivvjaġġa għad-divertiment. Il-klijenti jibbenifikaw minn check-in bl-internet jew bil-mowbajl, konċessjoni ġeneruża ta' bagalji u ikliet b'xejn abbord. L-għażla Flexi fil-Kategorija Economy tagħtik il-libertà addizzjonali li tagħżel is-siġġu tiegħek minn qabel, kif ukoll iżjed għażliet biex tbiddel id-dati tal-ivvjaġġar tiegħek jew saħansitra biex tħassar il-vjaġġ.
Tir fil-Għoli mal-Business Class tal-Air Malta
Meta tivvjaġġa fil-kategorija Business Class ikollok aċċess għall-ifjen esperjenza offruta mill-Air Malta.
Għaddi mill-ajruport aktar malajr bis-saħħa taż-żona ta' check-in iddedikata għalik fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Ovvjament, hawnhekk titwaħħal tikketta għal immaniġġjar ta' prijorità mal-bagalja tiegħek u mbagħad inti tkun tista' tinqata' għal ftit tal-ħin mid-dinja ta' barra permezz ta' aċċess għas-Sala ‘La Valette’, fejn tista' tistrieħ u tirrilassa. L-għażla ‘Flexi’ tal-Business Class tagħtik ukoll l-opportunità li tħassar titjira jew li tbiddel id-dati tal-ivvjaġġar tiegħek jekk tinqala' l-ħtieġa.
Dan huwa sommarju ta' wħud mill-benefiċċji assoċjati mal-ivvjaġġar fil-kategorija Business Class tal-Air Malta:
| Mogħdija rapida |
Meta tkun ser titlaq minn Malta, tingħata prijorità meta tiġi biex tgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà għal ġos-sala u l-bieb tat-tluq. |
| Kabina Separata
|
Gawdi l-atmosfera ta' spazju ta' kabina separata b'ekwipaġġ tal-kabina ddedikat u mħarreġ apposta.
|
| Arranġament tas-siġġijiet |
It-tqassim imtejjeb tas-siġġijiet jipprovdi spazju akbar għas-saqajn b'mejda bejn kull żewġ siġġijiet.
|
| Menus speċjali |
Ipprova numru ta' platti internazzjonali kkumplimentati b'għażla ta' nbejjed lokali.
|
| Xorb b'xejn |
Servizz ta' xorb mingħajr limitu, inkluża xampanja. |