X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:25°C L:18°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Vjaġġaturi Żgħar

Jekk it-tifel jew tifla tiegħek ikollhom bżonn jivvjaġġaw weħidhom fuq waħda mit-titjiriet tagħna, aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex din tkun esperjenza bla periklu, komda u saħansitra divertenti! Bl-impenn tagħna għal standards tas-saħħa u s-sigurtà għoljin, tista' sserraħ moħħok li t-tifel jew tifla tiegħek se jieħdu pjaċir sakemm jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.

Hawn taħt, qegħdin nippreżentaw l-informazzjoni prattika ewlenija li trid tkun taf meta tivvjaġġa bi tfal jew trabi.

Servizz għal minuri mhux akkumpanjati: Fuq it-titjiriet tal-Air Malta, il-Minuri Mhux Akkumpanjati (UM) huma tfal ta' bejn is-7 snin u l-11-il sena (li għadhom ma għalqux it-12-il sena) li ma jkunux akkumpanjati minn passiġġier kustodju li jkollu 16-il sena jew aktar. Is-servizz huwa fakultattiv għal dawk il-passiġġieri ta' 12-il sena jew aktar.

Jekk jogħġbok innota: il-persuna adulta li takkumpanja lill-persuna minuri fl-ajruport tat-tluq għandha tibqa' fl-ajruport sakemm jitlaq l-ajruplan. F'każ ta' dewmien twil, il-persuna minuri mhux akkumpanjata għandha tiġi rritornata lill-persuna adulta tkun qiegħda tieħu ħsiebha sakemm isir il-ħin meta t-titjira tkun lesta biex terġa' titlaq.

Aħna noffru tliet għażliet biex tibbukkja s-servizz. F'kull każ, trid tniżżel il-formola UM u tipprintjaha, u mbagħad:

1. Tiskannjaha u tibgħatha bl-email lil teamleaders.centrecom@centrecom.eu

2. Tibgħatha bil-fax fuq +356 2125 1473

3. Tibgħatha bil-posta fuq dan l-indirizz:

Centercom Ltd.,

Air Malta Section

Aviation Centre, First Floor, St Thomas Street,

Luqa-Malta LQA5000

Ir-responsabbiltajiet tagħna: Aħna nagħtu l-akbar importanza lis-sigurtà tat-tfal tiegħek, u nimpenjaw ruħna bis-sħiħ għas-sigurtà tal-persuni għal qalbek meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw weħidhom, minn dak il-ħin li l-iskorta tat-tluq tafdalna r-responsabbiltà tat-tfal tiegħek f'idejna fl-ajurport tat-tluq sakemm it-tfal jingħataw lill-iskorta awtorizzata mal-wasla fl-ajruport tad-destinazzjoni.

Ħlasijiet: Meta tibbukkja t-titjira tiegħek, inti tkun trid tħallas tariffa mhux rifondibbli u mhux trasferibbli ta' €70 għal kull persuna minuri mhux akkumpanjata għal kull parti mit-titjira. In-nollijiet b'offerta speċjali mhumiex applikabbli għall-persuni minuri mhux akkumpanjati.

Imbarkazzjoni: Għall-proċedura ta' imbarkazzjoni, aħna nipprovdu servizz ta' "Iltaqa' u Assisti" għal tfal mhux akkumpanjati. Wieħed mill-uffiċjali tagħna ser ikun preżenti biex jakkumpanja lit-tifel jew tifla permezz ta' formalitajiet ta' kontroll tal-passaporti u tas-sigurtà. Fis-sala tat-tluq, aħna nkomplu nieħdu ħsieb lit-tfal sakemm dawn jiġu skortati sal-inġenju tal-ajru u jiġu fdati taħt ir-responsabbiltà tal-Kap tal-Kabina.

Fuq it-Titjira: Matul it-titjira, il-membri tal-ekwipaġġ tagħna ser jassiguraw il-benesseri tat-tifel jew tifla tiegħek u joffru assistenza kif ikun meħtieġ b'ikliet u xarbiet matul it-titjira, kif ukoll jassiguraw li dawn ikunu kemm jista' jkun komdi. Il-membri tal-ekwipaġġ tagħna ser jassiguraw ukoll li t-tfal ikunu mlibbsin sew u li qabel jinżlu minn fuq l-ajruplan jiġbru l-proprjetà personali kollha tagħhom. 

Wasla:
 Mal-wasla fid-destinazzjoni, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira maħtur (ġeneralment il-Kap tal-Kabina) jagħti t-tifel jew tifla f'idejn l-uffiċjal tal-Air Malta li jkun qiegħed jistenna, li mbagħad għandu jassistihom fil-ġbir tal-bagalji u fil-formalitajiet tal-ajruport, id-dwana u l-immigrazzjoni, jekk dan ikun meħtieġ. It-tfal imbagħad jingħataw personalment f'idejn il-kustodju adult li jkun qiegħed jistenna, li min-naħa tiegħu jkollu jiffirma rċevuta. 

Avviż importanti għall-passiġġieri li jitilqu lejn/mill-Italja: Is-servizz għal minuri mhux akkumpanjati huwa obbligatorju għall-passiġġieri minuri mhux akkumpanjati li jkollhom seba' snin iżda mhux aktar minn 14-il sena. Is-servizz mhuwiex obbligatorju għal kwalunkwe passiġġier ta' 14-il sena jew aktar.

Barra minn hekk, il-minuri mhux akkumpanjati b'passaporti Taljani li għadhom ma għalqux 14-il sena u li jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn/minn/fl-Italja, inkluża Sqallija, huma mitluba li jiksbu, minbarra l-politika tal-Air Malta dwar il-minuri mhux akkumpanjati, Dichiarazione Di Affido (Dikjarazzjoni ta' Kustodja), iffirmata miż-żewġ ġenituri/kustodji u awtorizzata mill-pulizija Taljana qabel it-tluq. Kopja ta' dan id-dokument tista' titniżżel minn hawnhekk (PDF 643KB).

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq in-numru tat-telefon +356 21662211 .







Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn