Avviż ta’ Kanċellazzjoni

Applikabbiltà

Japplikaw ir-regoli li ġejjin:

  • fil-każ li ma toperax titjira li preċedentement kienet ippjanata li tkun operata mill-Air Malta u fejn tal-anqas post wieħed kien riżervat;
  • fir-rigward ta’ titjiriet li jitilqu minn ajruport fl-UE, u titjiriet operati minn trasportatur bl-ajru tal-Komunità li jitilqu minn ajruport f’pajjiż terz lejn ajruport fl-UE (sakemm ma rċevejtx benefiċċji jew kumpens u ma ġejtx mogħti assistenza f’dak il-pajjiż terz);
  • bil-kundizzjoni li għandek buking konfermat;
  • biss għal passiġġieri li jivvjaġġaw b’noll disponibbli direttament jew indirettament għall-pubbliku, jew fuq biljetti maħruġa taħt programm ta’ frequent flyer jew programm kummerċjali ieħor.

Regoli għal Kumpens u Assistenza

Jekk it-titjira tiegħek tiġi kkanċellata, l-Air Malta toffrilek l-assistenza li ġejja:
I. Għażla bejn:

  1. rimborż fi żmien sebat ijiem (fi flus kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju elettroniku, ordnijiet tal-bank jew ċekkijiet tal-bank jew, bi ftehim iffirmat tiegħek, f’vawċers tal-ivvjaġġar u/jew servizzi oħrajn) tan-nefqa totali tal-biljett tiegħek, bil-prezz li nxtara, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li diġà saru jekk it-titjira m’għadhiex isservi skop b’relazzjoni mal-pjan oriġinali tiegħek tal-ivvjaġġar, flimkien ma’, fejn rilevanti, titjira tar-ritorn sal-ewwel punt tat-tluq, mal-ewwel opportunità; jew
  2. irrottar mill-ġdid, f’kundizzjonijiet ta’ trasport simili, sad-destinazzjoni finali tiegħek, mal-ewwel opportunità; jew
  3. irrottar mill-ġdid, f’kundizzjonijiet ta’ trasport simili, sad-destinazzjoni finali tiegħek f’data aktar tard għall-konvenjenza tiegħek, suġġett li jkun hemm postijiet disponibbli.

II. Barra dan, l-Air Malta toffrilek, bla ħlas:

  1. ikliet u trattament raġonevoli skont il-ħin ta’ stennija; u
  2. żewġ telefonati, messaġġi b’telex jew bil-feks jew posta elettronika.

III. Fil-każ ta’ rrottar mill-ġdid b’konnessjoni mat-titjira kkanċellata tiegħek, jekk il-ħin tat-tluq mistenni raġonevolment tat-titjira l-ġdida huwa tal-inqas l-għada tal-ħin tat-tluq ippjanat għat-titjira kkanċellata, l-Air Malta toffrilek ukoll:

  1. akkomodazzjoni f’lukanda f’każijiet
    • fejn tkun meħtieġa waqfa ta’ lejl wieħed jew aktar, jew
    • fejn tkun meħtieġa waqfa addizzjonali għal dik li int kont qed tistenna; u
  2. trasport bejn l-ajruport u l-post tal-akkomodazzjoni (lukanda jew post ieħor).

IV. Għajr meta:

  • tkun avżat bil-kanċellazzjoni tal-anqas ġimagħtejn qabel il-ħin skedat tat-tluq; jew
  • tkun avżat bil-kanċellazzjoni bejn ġimagħtejn u sebat ijiem qabel il-ħin skedat tat-tluq u tkun offrut irrottar mill-ġdid, li jippermettilek li titlaq mhux aktar minn sagħtejn qabel il-ħin skedat tat-tluq u li tilħaq id-destinazzjoni finali inqas minn erba’ sigħat wara l-ħin skedat tal-wasla; jew tkun avżat bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin skedat tat-tluq u tkun offrut irrottar mill-ġdid, li jippermettilek titlaq mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq u tilħaq id-destinazzjoni finali tiegħek inqas minn sagħtejn wara l-ħin skedat tal-wasla; jew
  • l-Air Malta tista’ tippreżenta provi li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux ikunu evitati anke kieku ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha.

int intitolat għal kumpens hekk kif ġej:

  1. EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1500 kilometru jew anqas;
  2. EUR 400 għat-titjiriet kollha intra-Komunitarji ta’ aktar minn 1500 kilometru, u għat-titjiriet l-oħra kollha bejn 1500 u 3500 kilometru;
  3. EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu.

Meta tkun offrut rrottar mill-ġdid sad-destinazzjoni finali tiegħek fuq titjira alternattiva kif spjegat hawn fuq fil-paragrafu I. (b) jew (c), u l-ħin tal-wasla tat-titjira rottata mill-ġdid ma jaqbiżx il-ħin skedat tal-wasla tat-titjira riżervata oriġinarjament: (a) b’sagħtejn, fir-rigward tat-titjiriet kollha ta’ 1500 kilometru jew anqas; jew (b) bi tliet sigħat, fir-rigward tat-titjiriet kollha intra-Komunitarji ta’ aktar minn 1500 kilometru u għat-titjiriet l-oħra kollha bejn 1500 u 3500 kilometru; jew (c) b’erba’ sigħat, fir-rigward tat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu, l-Air Malta tista’ tnaqqas il-kumpens imsemmi hawn fuq b’50%.
Għall-iskopijiet t’hawn fuq, “destinazzjoni finali” tfisser id-destinazzjoni fuq il-biljett ippreżentat lill-bankun tar-reġistrazzjoni, jew, fil-każ ta’ titjiriet ta’ konnessjoni diretta, id-destinazzjoni tal-aħħar titjira; titjiriet ta’ konnessjoni alternattivi disponibbli ma jitqiesux jekk il-ħin oriġinali ppjanat tal-wasla jkun rispettat.
L-assistenza msemmija hawn fuq tapplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet kollha li jista’ jkollok skont il-liġi applikabbli (inkluża d-Direttiva UE 90/314 dwar il-vjaġġi kollox kompriż) għal kumpens ulterjuri, għalkemm tali assistenza mogħtija tista’ titnaqqas minn kwalunkwe tali kumpens ulterjuri.
Dan l-Avviż huwa meħtieġ mir-Regolament KE 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Ikklikkja hawn għal-lista tad-dettalji ta’ kuntatt tal-korp nazzjonali maħtur għall-infurzar tar-Regolament.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!