Check-in

Il-bankijiet tar-reġistrazzjoni tal-Air Malta ġewwa l-ajruporti jagħlqu 45 minuta qabel il-ħin skedat għat-tluq.

Il-passiġġieri Club Class b’bagalja tal-idejn biss jistgħu jirreġistraw għat-titjiriet skedati tal-Air Malta sa 30 minuta qabel il-ħin skedat għat-tluq.Jekk joġħġbok innota li l-ajruporti li ġejjin huma eċċezzjonijiet, u japplikaw il-ħin ta’ għeluq tar-reġistrazzjoni ta’ hawn taħt:

  • Milan Malpensa – 35 minuta
  • San Pietruburgu – 40 minuta
  • Ruma Fiumicino – 45 minuta

Ir-reġistrazzjoni kemm għall-passiġġieri Club Class u Economy li jivvjaġġawlejn/minn Tripli, Benghazi, Alġeri u Tel Aviv tagħlaq 60 minuta qabel il-ħin skedat għat-tluq.


Il-bankijiet ta’ reġistrazzjoni ġewwa l-ajruporti kollha jiftħu tal-anqas satejn qabel il-ħin skedat għat-tluq.

Ir-reġistrazzjoni online tiftaħ 24 siegħa qabel it-tluq u tagħlaq satejn qabel il-ħin skedat għat-tluq, u dan inaqqas il-ħin li tqatta’ tistenna ġewwa l-ajruport. Sempliċement ibqa’ sejjer dritt lejn il-lounge tat-tluq!

Uża l-links ta’ hawn taħt jew il-menu fuq in-naħa tax-xellug biex issir taf aktar:

 








Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!