Dwar l-Air Malta

L-Air Malta hija l-kumpanija tal-ajru tal-Gżejjer Maltin.

Aħna kburin li ngħaqqdu lil Malta ma' aktar minn 35 belt prinċipali madwar l-Ewropa u l-Mediterran. Billi naħdmu flimkien mal-kumpaniji tal-ajru msieħba tagħna, aħna noffru konnessjonijiet konvenjenti lejn ħafna aktar destinazzjonijiet fl-Amerika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani.

Il-passat tagħna

Is-sena 1974 kienet waħda importanti ħafna għal pajjiżna. L-Air Malta bdiet topera fl-1 ta' April u Malta ddikjarat ruħha repubblika aktar tard dik is-sena.

It-twaqqif tal-Air Malta kien għalhekk wieħed mill-ewwel passi lejn il-ħolqien ta’ identità u vuċi internazzjonali ġdida għal dan in-nazzjon żgħażugħ.

Permezz tal-ħolqien ta' konnessjonijiet affidabbli fl-ajru lejn u minn bliet Ewropej ewlenin, l-Air Malta setgħet tappoġġja l-iżvilupp ekonomiku u kulturali tal-Gżejjer. Bħala kontribwitriċi standard għan-nazzjon, il-mandat tagħna dejjem kien dak ta' ambaxxatur għall-Gżejjer Maltin.

Il-preżent tagħna

Malta tal-lum hija pajjiż kosmopolitan b'taħlita ta' kultura Mediterranja bi tradizzjonijiet antiki ma' xejriet kontemporanji u enerġetiċi.  
L-Air Malta kellha tadatta għall-bidliet fil-pajjiż billi tirrevedi l-istrateġija u l-operazzjonijiet tagħha.

L-Air Malta għaddejja minn ristrutturar vitali, irregolata mir-rekwiżiti tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, bil-għan li tassigura futur sostenibbli u profittabbli. Minkejja li bħalissa għadna f'dan il-proċess ta' bidla, il-progress huwa tanġibbli u qiegħed jitkejjel fl-isfond ta' miri impenjattivi.

It-tim tagħna qiegħed jaħdem sabiex jikseb suċċess dejjiemi mingħajr ebda kompromess fis-servizz u billi jiġi offrut valur aħjar għall-flus minfuqa. 

Bħala parti minn dan il-proċess, aħna nedejna identità ġdida għall-kumpanija tagħna. Il-flotta tagħna ngħatat dehra kkulurita ġdida.

Id-dehra ġdida tagħna mhijiex biss xi ħaġa superfiċjali. Hija tirrifletti b'mod preċiż ir-rwol aktar proattiv tagħna bħala l-kumpanija tal-ajru tal-Gżejjer Maltin li għandek tuża biex tasal fid-destinazzjoni tiegħek; kumpanija ddedikata kompletament biex isservi lill-viżitaturi u lir-residenti ta' dawn il-Gżejjer. 

Il-missjoni tagħna hija saħansitra aktar ambizzjuża minn hekk, billi l-għan tagħna huwa li din il-kumpanija tal-ajru tkun rikonoxxuta bħala waħda mill-kumpaniji tal-ajru ewlenin fid-dinja.

Il-filosofija tagħna

L-għarfien profond tagħna dwar Malta jinsab fiċ-ċentru tas-servizzi tagħna.

Aħna nemmnu li l-esperjenza u l-għarfien tagħna dwar il-Gżejjer għandhom jgħinuk timmassimizza ż-żmien li tqatta' f'Malta, f'Għawdex u f'Kemmuna. L-għan tagħna huwa li naġixxu bħala s-sieħeb iddedikat tiegħek fl-ivvjaġġar, billi noffru għadd kbir ta' opportunitajiet, kemm f'termini ta' divertiment kif ukoll f'termini kummerċjali.

Aħna qegħdin hawn għas-servizz tiegħek. Kemm jekk tivvjaġġa għad-divertiment, għan-negozju jew jekk ser titlaq minn pajjiżek, aħna għandna l-għan li noffru firxa ta' servizzi addizzjonali b'valur miżjud - kemm fuq l-art kif ukoll fl-ajru - addattati għall-ħtiġijiet tiegħek.

L-impenn li noffru prezzijiet attraenti u valur tajjeb għall-flus huwa ċentrali għall-politika operattiva tagħna. Dan is-sit għandu dejjem jgħinek issib biljetti bl-aqwa prezzijiet disponibbli u jiggwidak għal aħbarijiet dwar l-offerti speċjali tagħna u informazzjoni dwar id-destinazzjonijiet li tkun addattata għall-preferenzi u l-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar tiegħek.

L-ispirazzjoni tagħna

Il-Gżejjer Maltin huma s-sors ta' ispirazzjoni ta' kuljum tagħna. Filwaqt li aħna waħda minn fost ħafna kumpaniji tal-ajru li joperaw lejn il-Gżejjer, aħna niddistingwu ruħna mill-kompetituri tagħna billi nġibuk f'kuntatt mar-rikkezza tal-kultura u l-poplu ta' dawn il-gżejjer, li hija riflessa f'Malta tal-lum.

Aħna għandna x-xorti kbira li għandna impjegati ddedikati li huma lesti li jikkomunikaw dwar Malta b'passjoni u jgħinuk billi jwieġbu għal kull mistoqsija li jista' jkollok dwar il-Gżejjer jew dwar il-vjaġġ tiegħek mal-kumpanija tagħna.

Il-ġejjieni tagħna

Aktar minn qatt qabel, l-Air Malta tinsab f'qalb il-Gżejjer u n-nies tagħhom u, min-naħa tagħna, aħna għandna sens ta' ottimiżmu komuni għall-ġejjieni.

Hija l-missjoni ta' kuljum tagħna li naħdmu flimkien sabiex niksbu l-istandards eċċezzjonali tal-ivvjaġġar bl-ajru li qegħdin nimmiraw li tipprovdi l-Air Malta. L-isforzi individwali u kollettivi tagħna ser jiffokaw fuq il-mira tagħna li noffru l-aħjar servizz għall-klijenti tagħna.

L-għan tagħna fil-ġejjieni huwa li nagħmluhielek aktar faċli sabiex tiskopri l-Gżejjer Maltin u tirritorna f'pajjiżek ma' kumpanija tal-ajru li għandha vokazzjoni ġenwina li taqdi l-interessi tiegħek u dawk ta' Malta.  









Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!