HSBC Premier
Tant kumpaniji tal-ajru. Tant programmi ta' mili. U jekk ma toqgħodx attent, tant mili inutli. Huwa għalhekk li ser issib li l-HSBC Premier MasterCard tiġi bl-aqwa programm ta' premjijiet bi sħubija mal-Air Malta.
Fi kliem ieħor, inti ser ikollok l-aqwa minn kollox. Bil-kard tiegħek aċċettata f'tant postijiet, inti tista' takkumula l-punti tal-HSBC minn madwar id-dinja kollha. Iżda meta tiġi biex issarrafhom, ser tiġi bżonn kumpanija tal-ajru lokali li jkollha rotot lejn il-bliet prinċipali kollha fl-Ewropa u f'pajjiżi oħrajn. Dik il-kumpanija tal-ajru hija l-Air Malta. Huwa faċli ħafna biex issarraf il-punti tiegħek. Għal kull €1.00 li tonfoq, aħna nagħtuk punt wieħed bħala rigal li tista' ssarraf fi Flypass KMiles (bir-rata ta' punt wieħed tal-HSBC = 1 KMile) mal-kumpanija tal-ajru nazzjonali ta' Malta, l-Air Malta.
Il-punti li takkumula jintwerew fuq id-dikjarazzjoni tal-Premier MasterCard li toħroġ kull xahar u dawn jistgħu jissarrfu billi ċċempel liċ-ċentru tas-Servizz tal-Klijenti tal-HSBC Premier fuq 2148 9100 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 u l-16:00. Id-dettalji sħaħ dwar il-Programm tal-Premier Rewards jistgħu jinstabu fil-ktejjeb tat-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-HSBC Premier.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Prodotti u s-Servizzi tal-HSBC, ikklikkja hawnhekk.