BOV Visa Business
Bħala parti mill-ħtiġijiet tiegħek ta' kuljum, wisq probabbli jkollok ħtiġijiet finanzjarji, ta' kontabilità u ta' vvjaġġar. B'kollaborazzjoni mal-Frequent Flyer Programme Flypass tal-Air Malta, il-Kard tal-BOV Visa Flypass Business tipprovdi firxa ta' benefiċċji u servizzi esklussivi sabiex jgħinuk tmexxi aħjar in-negozju tiegħek.
Ikkuntattja liċ-Ċentru ta' Servizz għall-Klijenti tal-BOV fuq in-numru tat-telefon +356 2131 2020 jew żur il-websajt tal-BOV biex tikseb aktar informazzjoni dwar il-Kard tal-BOV Visa Flypass Business.
Programm ta' Loyalty RewardsIl-klijenti huma awtomatikament eliġibbli biex jipparteċipaw mingħajr ħlas fil-Programm BOV Loyalty Rewards, fejn huma jingħataw Punt wieħed tal-BOV għal kull €1 li jonfqu. Sabiex isarraf il-Punti tal-BOV, id-detentur tal-kard għandu jilħaq numru limitu ta' Punti tal-BOV kif ġej:
Il-Kard tal-BOV Visa Flypass Business : 10,000 Punt tal-BOV
Il-punti tal-BOV huma validi għal perjodu ta' tliet snin u jiskadu jekk ma jissarrfux fi żmien 36 xahar. Il-Punti tal-BOV mhumiex trasferibbli lejn xi kont ieħor, anki jekk dan il-kont ikun jappartjeni lid-detentur tal-kard.
Tisrif:Il-Punti tal-BOV miksuba taħt il-Programm BOV Loyalty Rewards jistgħu jissarrfu kif ġej:
- Ħlas għall-Kard
Il-Bank jikkredita l-kont tal-Flypass KMile tal-Air Malta b'KMiles għat-tisrif tal-Punti tal-BOV:
Il-Kard tal-BOV Visa Flypass Business : 2,500 Punt tal-BOV
- KMiles tal-Air Malta
Il-Bank jikkredita l-kont tal-Flypass KMile tal-Air Malta b'KMiles għat-tisrif tal-Punti tal-BOV:
Il-Kard tal-BOV Visa Flypass Business : 1 KMile għal kull Punt tal-BOV
i) Il-Punti tal-BOV jistgħu jissarrfu fi gruppi ta' 5,000 KMiles.
ii) Il-KMiles li jissarrfu jiġu kkreditati fuq il-kont Air Malta Flypass tal-Klijent sal-aħħar tal-ewwel ġimgħa tax-xahar kalendarju li jkun imiss mid-data ta' meta jkunu ssarrfu l-punti. Ladarba l-punti jiġu ttrasferiti fuq il-kont Air Malta Flypass tal-klijent, kemm il-kont tal-Flypass kif ukoll il-mileage jiġu soġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-programm Flypass.
iii) Id-Detentur tal-Kard Primarju jista' jsarraf il-Punti tal-BOV billi jċempel liċ-Ċentru tas-Servizz għall-Klijenti tal-Bank fuq in-numru tat-telefon +356 2131 2020.
Fast Tracking
Qiegħed tard għaċ-check-in? Tixtieq tagħmel iċ-check-in malajr? Bil-kard tal-BOV Visa Flypass Business, inti tista' taqbeż il-kju. Agħmel iċ-check-in mid-desks tal-Business Class fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta għal servizz aktar veloċi.
Titjib għal Business Class
L-Air Malta qiegħda toffri Titjib Mingħajr Ħlas għal Business Class meta tapplika għal Kard tal-BOV VISA Flypass Business jew mat-tiġdid tagħha. It-talbiet għandhom isiru lit-Taqsima tal-Flypass tal-Air Malta wara li jinħareġ il-biljett tal-'economy-flexi' class bir-rata applikabbli. Il-Premjijiet huma kollha soġġetti għad-disponibbiltà.
Servizz ta' Assistenza Globali għall-Klijenti
Jekk titlef il-Kard tiegħek tal-BOV Visa Flypass Business ma jfissirx li għandhom jitgħarrqu l-pjanijiet tiegħek, anki jekk dan iseħħ meta tkun imsiefer.
Permezz taċ-Ċentri ta' Assistenza Globali għall-Klijenti tal-VISA, inti tingħata kard temporanja oħra ta' emerġenza direttament bis-servizz tal-courier jew minn wieħed mill-5,000 Uffiċċju tas-Servizzi ta' Emerġenza mxerrdin mad-dinja kollha.
Min-naħa l-oħra, jekk ikollok bżonn xi flus kontanti, inti tista' żżur wieħed mill-Uffiċċji tas-Servizzi ta' Emerġenza pprovduti minn VISA. Id-detenturi tal-kards jistgħu jużaw iż-żewġ servizzi ta' emerġenza fl-istess ħin.
Iċ-Ċentri ta' Assistenza Globali għall-Klijenti huma mgħammra biex iwieġbu għat-talbiet ta' emerġenza tiegħek 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. VISA tipprovdi netwerk globali stabbilit ta' telefonati bla ħlas u telefonati mħallsin mir-riċevitur.