Imsieħba tal-Kumpanija tal-Ajru
Lufthansa
Issa tista’ takkwista l-KMiles meta tivvjaġġa fuq in-netwerk globali tal-Lufthansa.
Din ix-xitwa, Lufthansa qiegħda toffri 183 destinazzjoni fi 78 pajjiż u issa tista’ tuża s-servizzi tagħna minn Frankfurt u Munich sabiex tivvjaġġa lejn il-biċċa l-kbira ta’ dawn id-destinazzjonijiet madwar id-dinja li topera lejhom il-kumpanija tal-ajru Lufthansa.
It-tabella ta’ hawn taħt turik kemm ser takkwista KMiles talli tivvjaġġa fuq Lufthansa Airlines abbażi tal-prezz li tħallas għall-biljett tiegħek, il-klassi li tibbukkja u s-servizz.
| Il-kabina u l-klassi tal-biljett | Flypass KMiles akkwistati għal kull mil ta' titjir |
| First Class - F, A | X 3 KMiles ta' titjir |
| Business Class – C, D, Z | X 2 KMiles ta' titjir |
| Economy Class - Y, B | X 1.5 KMiles ta' titjir |
| Economy Class – M, H, Q, G, V, U | X 1 KMiles ta' titjir |
| Economy bi Skont - S, W | X 0.5 KMiles ta' titjir |
Inti tista’ ssarraf il-KMiles li tkun akkwistajt fuq servizzi skedati operati minn Lufthansa. It-tabella ta’ hawn taħt turik kemm għandek bżonn KMiles. Il-Lufthansa Travel Awards jistgħu jiġu bbukkjati mit-Taqsima tal-Flypass u mill-Flypass Awards. Termini u Kundizzjonijiet japplikaw.
| minn/lejn | | L-Ewropa | L-Amerika ta’ Fuq/ L-Amerika ta’ Isfel u l-Ħawaj/ L-Amerika Ċentrali u l-Karibew | Il-Lvant Nofsani, l-Afrika u l-Indja | Ix-Xlokk tal-Ażja | L-Ażja Ċentrali u l-Lvant Imbiegħed | L-Awstralja/ New Zealand/ l-Oċeanja |
| L-Ewropa | Economy | 45000 | 100000 | 60000 | 85000 | 85000 | 120000 |
| | Business | 60000 | 160000 | 90000 | 125000 | 125000 | 180000 |
| | First Class | mhux disponibbli | 240000 | 140000 | 195000 | 195000 | 260000 |
Swiss Airlines
Issa tista’ takkwista l-KMiles meta tivvjaġġa fuq in-netwerk globali ta’ Swiss Airlines.
Bil-flotta ta’ 74 ajruplan tagħha, Swiss Airlines isservi 71 destinazzjoni madwar id-dinja permezz taċ-ċentru tagħha fi Zurich u mill-Ajruporti Internazzjonali ta’ Basel u Ġinevra. Swiss Airlines hija parti minn Lufthansa Group u membru tal-Global Star Alliance. Hija tipprovdi servizzi tal-ajru ta’ kwalità li jgħaqqdu lill-Isvizzera mal-Ewropa u d-dinja.
It-tabella ta’ hawn taħt turik kemm ser takkwista KMiles talli tivvjaġġa fuq Swiss Airlines abbażi tal-prezz li tħallas għall-biljett tiegħek, il-klassi li tibbukkja u s-servizz.
| Il-kabina u l-klassi tal-biljett | Flypass KMiles akkwistati għal kull mil ta' titjir |
| First Class – F , A | X 3 KMiles ta' titjir |
| Business Class – C, D, Z, J | X 2 KMiles ta' titjir |
| Economy Class - Y, B | X 1.5 KMiles ta' titjir |
| Economy Class – M, H, U, Q, G, V, K, S | X 1 KMiles ta' titjir |
| Economy bi Skont – W, T, E | X 0.5 KMiles ta' titjir |
Czech Airlines
Flypass tilqa’ lil CSA Czech Airlines bħala Kumpanija tal-Ajru Msieħba fil-Programm. Din hija aħbar straordinarja jekk għandek il-ħsieb li tivvjaġġa lejn ir-Repubblika Ċeka jew lejn destinazzjonijiet oħrajn fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Mill-Ajruport ta’ Prague-Ruzyne, CSA Czech Airlines toffri wkoll konnessjonijiet lejn il-maġġoranza tad-destinazzjonijiet Ewropej ewlenin u lejn punti ta’ tranżitu fl-Amerika ta’ Fuq, l-Ażja u l-Lvant Nofsani. Għal aktar informazzjoni dwar id-destinazzjonijiet li tivvjaġġa lejhom CSA Czech Airlines żur is-sit www.czechairlines.com
It-tabella ta’ hawn taħt turik kemm ser takkwista KMiles talli tivvjaġġa fuq CSA Czech Airlines abbażi tal-prezz li tħallas għall-biljett tiegħek, il-klassi li tibbukkja u s-servizz.
| Il-kabina u l-klassi tal-biljett | Flypass KMiles akkwistati għal kull mil ta' titjir |
| Business Class - C, D | X 2 KMiles ta' titjir |
| Travel Class - Y, M, B, H, L, Q, N, V | X 1 KMiles ta' titjir |
| Travel Class - S,G, U, W | X 0.5 KMiles ta' titjir |
CSA Award Tickets
Tista’ wkoll issarraf il-KMiles tiegħek għal Travel Awards għal titjiriet operati minn CSA Czech Airlines. It-Travel Awards ma’ CSA jistgħu jiġu kkombinati ma’ award ticket tal-Air Malta. Award travel għandu jintalab mit-Taqsima tal-Flypass.
| Żona | Destinazzjoni (lejn/mir-Repubblika Ċeka) | Economy | Business |
| OK0 | Ewropa 1 – ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakja | 20000 | 35000 |
| OK1 | Ewropa 2 u l-Afrika ta’ Fuq | 30000 | 45000 |
| OK2 | Il-Lvant Qrib u l-Lvant Nofsani | 40000 | 60000 |
| OK3 | L-Afrika u s-Subkontinent Indjan | 70000 | 110000 |
| OK4 | It-Tramuntana tal-Ażja u x-Xlokk tal-Ażja | 80000 | 120000 |
| OK5 | L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika ta’ Isfel u l-Karibew | 90000 | 140000 |
| OK6 | L-Awstralja u l-Paċifiku | 100000 | 150000 |