Termini u Kundizzjonijiet tal-Flypass

1. Billi jipparteċipa fil-Flypass Frequent Flyer Programme tal-Air Malta, kull membru tal-Flypass ikun qed jaqbel b'mod sħiħ u mhux kondizzjonali u jaċċetta dawn it-Termini u Kundizzjonijiet. Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet u r-relazzjoni bejn l-Air Malta (kumpanija rreġistrata f'Malta - C-2685) u kull membru tal-Flypass tal-Air Malta huma rregolati mil-liġijiet ta' Malta. Kwalunkwe tilwima, kontroversja jew klejm li tirriżulta minn jew b'rabta ma' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għandha tkun soġġetta esklussivament għall-ġurisdizzjoni tal-Qrati ta' Malta.

2. Il-Flypass tal-Air Malta huwa miftuħ għas-sħubija għal kwalunkwe persuna ta' 18-il sena 'jew aktar.

3. Kumpaniji jew entitajiet legali oħrajn ma jistgħux jiġu rreġistrati bħala membri.

4. Biex jipparteċipaw fil-Programm Flypass tal-Air Malta, il-passiġġieri jridu jissottomettu formola tal-applikazzjoni mimlija lill-Air Malta li tiġi rikonoxxuta, fejn jindikaw l-aċċettazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet kif indikati hawnhekk.

5. Ladarba d-detentur tal-kard ikun akkumula 10,000 KMiles fi żmien 12-il xahar kalendarju (minn Jannar sa Diċembru) permezz ta' attività tal-ivvjaġġar fuq servizzi skedati u operati mill-Air Malta, tintbagħat kard permanenti tal-Flypass b'pakkett ta' merħba. Il-benefiċċji tal-Flypass Permanent Card ser ikunu validi bil-kundizzjoni li l-kont tal-Flypass jibqa' miftuħ.

6.Skadenza tal-mili. Kwalunkwe mil mhux mifdi fi żmien 24 xahar mid-data ta’ akkumulazzjoni (data tat-titjira, data tal-bonus jew KMiles tal-Imsieħba) ser jiskadi fl-aħħar ta’ dak it-trimestru (eż. il-mili li jiskadu f’Awwissu ta' kwalunkwe sena partikolari jiskadu fl-aħħar ta’ Settembru ta’ dik l-istess sena). Id-detenturi ta’ kard Permanenti jew Diamond huma eżentati mill-kundizzjoni tal-iskadenza tal-mili. Biex tiċċekkja jekk għandekx KMiles li ser jiskadu, tista’ tara l-kont tal-Flypass tiegħek online jew tista’ tikkuntattja lil Flypass fuq in-numru tat-telefown (+356) 2299 9660. Il-membru għandu r-responsabbiltà li jiċċekkja d-data ta’ skadenza tal-Kmiles.

7. Il-validità tal-kont tal-Flypass. Jekk membru ma jkollux mill-inqas akkumulazzjoni waħda tal-KMiles fi żmien sentejn mid-data tal-aħħar attività, il-kont tal-Flypass jingħalaq u l-KMiles li ma jintużawx jintilfu awtomatikament. Wara perjodu ta' erbgħa u għoxrin (24) xahar, li matulu l-membru ma jivvjaġġax mal-Air Malta jew mal-Imsieħba tal-Programm, il-Kumpanija tirriserva d-dritt li tagħlaq il-kont u tħassar il-KMiles fil-kont. Ir-regola tal-validità tal-kont tal-Flypass tapplika għad-detenturi kollha tal-Flypass; inklużi d-detenturi ta' kards Temporanji, Permanenti, Permanenti Plus u Diamond. Kwalunkwe kont tal-Flypass li jingħalaq ma jistax jiġi riattivat sakemm il-passiġġier ma jagħtix prova li jkun ivvjaġġa fuq mill-inqas erba' titjiriet skedati fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel it-talba tiegħu. L-erba' dokumenti ta' imbarkazzjoni għandhom jintbagħtu lit-Taqsima tal-Flypass u l-KMiles għal dawn l-erba' titjiriet biss jiġu kreditati b'mod retroattiv. Kwalunkwe livell tal-Flypass bħall-istatus Permanenti, Permanenti Plus u Diamond ma jiġix imġedded meta jerġa' jiġi attivat il-kont tal-Flypass. Fl-istadju tar-riattivazzjoni, il-kont ikollu status temporanju.

8. Qabel ma jirċievi kard tal-Flypass tal-Air Malta, id-detentur tal-kard jista' juża l-kard temporanja biex jibda jakkumula l-KMiles immedjatament. Kwalunkwe kard temporanja li tinħareġ ser tkun għall-akkumulazzjoni tal-KMiles biss u ma tintitolax lid-detentur sabiex juża s-servizzi u l-benefiċċji disponibbli bil-programm tal-Flypass.

9. Individwu jista' juża kard temporanja waħda biss. It-Taqsima tal-Flypass tal-Air Malta trid tiġi informata minnufih f'każ li d-detentur tal-kard jitlef il-kard temporanja. Sakemm l-Air Malta ma tkunx qablet li toħroġ kard temporanja ġdida, il-punti akkumulati fuq l-ewwel kard temporanja rreġistrata jkunu l-uniċi KMiles validi.

10. Id-detentur tal-kard għandu jitlob lill-membri tal-persunal taċ-check-in biex jirreġistraw il-punti għall-vjaġġ. Jekk id-detentur tal-kard jissuspetta li l-KMiles ma ġewx miżjuda fil-kont tiegħu, huwa għandu jikkuntattja lit-Taqsima tal-Flypass tal-Air Malta f'Malta. Id-detentur tal-kard għandu jżomm il-biljett u d-dokument tal-imbarkazzjoni tiegħu bħala dokumentazzjoni.

11. Tista' tiġi rreġistrata persuna waħda biss għal kull kont tal-Flypass. Is-sħubija hija strettament personali. F'każ ta' abbuż, is-sħubija fil-Flypass tal-Air Malta tiġi kkanċellata u l-KMiles kollha li jiġu akkumulati jitħassru.

12. Il-KMiles mhumiex trasferibbli għal kontijiet oħrajn: Mhux ser jingħata kreditu retroattiv għal titjiriet li jkunu saru qabel ir-reġistrazzjoni. Il-KMiles ma jistgħux jiġu ttrasferiti, mhumiex negozjabbli u ma jistgħux jissarrfu fi flus kontanti. Ikklikkja hawnhekk għal spjegazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kreditu retroattiv.

13. Il-KMiles jingħataw lill-membri biss kont is-segment tat-titjira, il-kategorija tas-servizz u t-tip ta' noll.

14. Jekk id-detentur tal-kard jaqbel, il-KMiles li jissarrfu fi premjijiet ta' titjiriet mill-kont tiegħu, dawn ikunu jistgħu jintużaw minn membri oħrajn tal-familja jew minn individwi li l-membru jkollu relazzjoni mill-qrib magħhom, pereżempju ħbieb u qraba. Il-KMiles ma jistgħux jintużaw flimkien ma' KMiles minn kontijiet oħrajn.

15. Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin mill-Air Malta, b'notifika jew mingħajr ebda notifika. L-Air Malta ma għandhiex tinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu li jista' jirriżulta minn tali tibdil.

16. L-Air Malta ser tagħmel ħilitha biex tassigura d-disponibbiltà tal-prodotti u s-servizzi pprovduti mill-imsieħba, iżda ma għandhiex tinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu li jirriżulta min-nuqqas tal-imsieħba li jipprovdu tali prodotti jew servizzi. Fejn membru juża l-prodotti u/jew is-servizzi pprovduti minn imsieħeb, japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom (jiġifieri dawk tal-imsieħba) u l-Air Malta ma tinżammx responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu.

17. Prenotazzjoni għal għoti ta' noll b'xejn tista' ssir bejn 7 u 45 jum mid-data tal-vjaġġ. Jekk it-talba għall-għoti ssir fl-aħħar 7 ijiem qabel it-tluq, tapplika tariffa addizzjonali ta' € 69.00 għall-ipproċessar malajr għal kull persuna. Tapplika tariffa ta' € 69.00 għall-prenotazzjoni bil-quddiem għal kull għotja meta l-għoti ta' noll b'xejn jiġi bbukkjat bejn 45 jum u 6 xhur mid-data tal-vjaġġ. Kwalunkwe taxxa applikabbli trid titħallas mal-ħruġ tal-biljett.

18. L-għotjiet kollha huma soġġetti għad-disponibbiltà. Is-servizzi lejn id-destinazzjonijiet huma soġġetti għal tibdil operattiv b'notifika jew mingħajr notifika minn qabel.

19. Kwalunkwe obbligazzjoni ta' taxxa li tirriżulta mill-benefiċċji rċevuti mill-programm tal-Flypass tal-Air Malta hija r-responsabbiltà biss tad-detentur tal-kard.

20. F'każ ta' bdil tal-biljett, inti għandek tikkuntattja lill-uffiċċju tal-Flypass qabel ma taffettwa l-bidliet. Ser tapplika tariffa għall-prenotazzjoni mill-ġdid ta' EUR69 għal kull bidla. Fil-każ ta' prenotazzjoni mill-ġdid għal titjiriet imtejba għal Business Class, għandhom jibqgħu fis-seħħ il-kundizzjonijiet tal-biljett ekonomiku oriġinali. 

21. Meta tapplika għas-sħubija, il-persuna kkonċernata tawtorizza lill-Air Malta biex tuża kwalunkwe informazzjoni maħżuna relatata mas-sħubija tagħha għall-iskopijiet tagħha ta' promozzjoni u komunikazzjoni.

22. Il-membri għandhom dejjem jippreżentaw il-kards tas-sħubija tagħhom fil-punti ta' imbarkazzjoni kollha tal-Air Malta, speċjalment meta jgħaddu miċ-check-in.

23. L-Air Malta tirriserva d-dritt (fid-diskrezzjoni assoluta tagħha) li tittermina l-Programm tal-Flypass Frequent Flyer fi kwalunkwe ħin u tbiddlu ma' programm ieħor, kif ukoll li tittermina l-kuntratti tas-sħubija b'notifika ta' mill-anqas 180 jum minn qabel lill-membri tal-Flypass (tali notifika għandha titqies bħala li ngħatat b'mod suffiċjenti meta titqiegħed fuq is-sit elettroniku). Ma' tali terminazzjoni jew sostituzzjoni (skont liema tiġi l-ewwel) il-KMiles kollha akkumulati mid-detentur tal-kard għandhom jitħassru awtomatikament. L-Air Malta ma għandhiex tinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu li jirriżulta b'xi mod minn tali terminazzjoni jew sostituzzjoni. 

24. Jekk il-verżjoni bl-Ingliż tat-Termini u l-Kundizzjonijiet ma taqbilx ma' verżjonijiet b'lingwi oħrajn, għandha tipprevali l-verżjoni bl-Ingliż.

25. In-nuqqas tal-Air Malta milli teżerċita jew tinforza kwalunkwe dritt imsemmi hawnhekk ma għandux jitqies bħala rinunzja għalih u lanqas ma għandu jaffettwa d-dritt tal-Air Malta li tieħu kwalunkwe azzjoni sussegwenti fir-rigward ta' dak id-dritt jew ta' kwalunkwe dritt ieħor.

26. Jekk xi qorti jew korp amministrattiv ta' ġurisdizzjoni kompetenti jsib xi dispożizzjoni ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet bħala invalida jew li ma tistax tiġi infurzata, l-invalidità jew in-nuqqas ta' inforzabilità ta' dik id-dispożizzjoni m'għandhiex taffettwa d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet kollha li ma jkunux affettwati minn tali invalidità jew nuqqas ta' inforzabilità għandhom jibqgħu fis-seħħ għal kollox.

27. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jikkostitwixxu l-ftehim u l-fehim sħiħ ta' Air Malta u membru fir-rigward tal-programm Flypass tal-Air Malta u jieħdu post ir-rappreżentazzjonijiet miktuba jew verbali, il-ftehimiet jew il-fehimiet preċedenti kollha bejniethom dwar is-suġġett ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet, għajr kwalunkwe rappreżentazzjoni ħażina frodulenti magħmula minn waħda mill-partijiet biex tħajjar lill-parti l-oħra tidħol f'dawn it-Termini u Kundizzjonijiet.

28. L-Air Malta m'għandha tkun responsabbli għall-ebda membru jew nominat jew sieħeb għat-telf, dannu jew spejjeż konsegwenzjali ta' kwalunkwe tip li jirriżultaw minn jew b'rabta mal-programm Flypass tal-Air Malta, l-għoti jew ir-rifjut tal-għoti ta' kwalunkwe benefiċċji, u għotjiet u l-użu tal-għotjiet, sew jekk dan it-telf, dannu jew spejjeż ikunu kkawżati minn traskuraġni jew mod ieħor, kif ukoll jekk l-Air Malta jkollha xi kontroll fuq iċ-ċirkustanzi li jwasslu għall-klejm jew le.

29. Soġġett għall-Klawsola 28 hawn fuq u kwalunkwe limitazzjoni applikabbli skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-Konvenzjonijiet Internazzjonali applikabbli u skont il-kundizzjonijiet tal-ġarr tat-trasportatur, ir-responsabbiltà tal-Air Malta f'kuntratt, tort jew mod ieħor fir-rigward ta' atti jew ommissjonijiet skont il-programm Flypass tal-Air Malta, li jinkludi l-proviżjon u l-użu tal-għotjiet, għandha tkun limitata għall-kreditu mill-ġdid tal-valur tal-krediti ta' mili msarrfa mill-membru li fir-rigward tiegħu tqum il-kwistjoni.

30. Il-membri jistgħu jitterminaw is-sħubija tagħhom fi kwalunkwe ħin billi jagħtu avviż bil-miktub lill-Air Malta u jirritornaw il-kard tas-sħubija tagħhom, meta kwalunkwe kreditu ta' mili mhux użati jiġi kkanċellat.

31. L-Air Malta tista' tittermina immedjatament, mingħajr responsabbiltà għall-kumpens jew danni (diretti jew indiretti) ta' kwalunkwe tip jew natura favur membru, is-sħubija ta' membru u d-dritt ta' membru li juża l-kard tas-sħubija tiegħu jekk membru jwettaq imġiba ħażina jew frodi, jabbuża mill-benefiċċji u l-għotjiet tal-programm tal-Flypass, jew ma jsegwix dawn it-Termini u Kundizzjonijiet. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-Air Malta għandha tikkanċella simultanjament il-krediti kollha ta' mili tal-membru.

32. Mal-mewt ta' membru, il-kont tas-sħubija jingħalaq u l-krediti kollha ta' mili mhux użati jiġu kkanċellati.

33. F'każ ta' terminazzjoni tas-sħubija għal kwalunkwe raġuni, membru jrid jirritorna l-kard tas-sħubija tiegħu mingħajr dewmien lill-Air Malta.

34. Billi dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu minn żmien għall-ieħor, hija r-responsabbiltà tal-membru li jaġġorna ruħu regolarment magħhom. Barra minn hekk, hija r-responsabbiltà tal-membru li jaġġorna ruħu regolament ma' dan is-sit fid-dawl tal-Klawżola 23 aktar 'il fuq.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!