Livell Permanenti

Kif tikseb il-KMiles mal-Air Malta

Ftakar li trid tippreżenta l-kard tal-Flypass tiegħek kull darba li tagħmel iċ-check-in sabiex b’hekk tikseb awtomatikament il-KMiles fil-Kont tal-Flypass tiegħek.

Flypass Travel Awards u Non-Travel Awards

Inti tista’ tibda ssarraf u tibbenifika mill-KMiles miksuba minnek fi Travel Awards hekk kif tkun akkumulajt l-ammont meħtieġ ta’ KMiles. Il-KMiles tiegħek jistgħu jissarrfu wkoll f’akkomodazzjoni f’lukandi u leisure awards esklussivi,  meta tali offerti jkunu disponibbli mil-linja tal-ajru.

Prijorità fuq il-Lista ta’ Stennija

Inti tgawdi prijorità awtomatika fuq dawk li mhumiex membri tal-Flypass għall-ewwel postijiet disponibbli fuq titjiriet skedati li l-biljetti għalihom ikunu nbiegħu kollha. L-istatus tas-sħubija tiegħek u l-attività fil-kont jiddeterminaw l-ordni tal-prijorità fost il-membri. Jekk jogħġbok kun żgur li tikkwota n-numru tas-sħubija tiegħek fl-istadju tal-prenotazzjoni.

Prenotazzjoni Garantita

Ibbukkja fi żmien 72 siegħa qabel it-tluq tat-titjira u l-istatus tas-sħubija Diamond tiegħek jiggarantilek post fl-Economy Class bil-livelli tan-nollijiet applikabbli għall-Economy Class. Dan huwa benefiċċju b’valur għoli miżjud meta persuna tiffaċċja skadenzi importanti għan-negozju tagħha. 

Politika ta’ Ivvjaġġar Bla Ħlas għat-Tfal Żgħar 


Tarbija (tfal żgħar ta’ taħt is-sentejn) li tkun akkumpanjata minn membru tal-Flypass Diamond tivvjaġġa mingħajr ħlas (esklużi kwalunkwe taxxi u ħlasijiet żejda applikabbli). Jekk jogħġbok, ġentilment ikkuntattja lit-Taqsima tal-Flypass sabiex tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-prenotazzjoni u l-qtugħ tal-biljetti. 

Konċessjonijiet għal Bagalji b’Piż Żejjed

Bħala Membru Diamond, inti ser tibbenifika minn konċessjoni ta’ 10 kilo żejda fuq il-bagalja li tirreġistra maċ-check-in, kull darba li tivvjaġġa fuq is-servizzi skedati tagħna.


L-Użu tal-Faċilitajiet tal-Business Class fl-Ajruport

Aqbeż il-kjuwijiet billi tagħmel iċ-check-in mad-desks tal-Business Class kull darba li tivvjaġġa fuq servizz skedat tal-Air Malta; inti tista’ wkoll toqgħod tirrilassa qabel it-titjira tiegħek fil-La Valette Lounge fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-membri huma permessi jistiednu lill-konjugi tagħhom jekk ikunu qegħdin jivvjaġġaw fuq l-istess titjira. Madankollu, l-istedina hija soġġetta għall-kapaċità.

Aġġornamenti għall-Partner Business Class

Malli s-sħubija tiegħek tilħaq l-istatus ta’ Diamond, inti awtomatikament tingħata 2 Aġġornamenti kumplimentari għall-Partner Business Class, li għandhom jintużaw fi żmien 12-il xahar. Inti ġentilment mitlub li l-ewwel tibbukkja l-biljett tiegħek kollu mħallas fil-kategorija Business Class. Imbagħad għandek tikkuntattjana sabiex aħna nkunu nistgħu nieħdu ħsieb l-arranġamenti kollha meħtieġa għall-biljett fil-livell ta’ Partner.

Offerti u Benefiċċji Esklussivi għall-Membri tal-Flypass

Permezz tal-avviżi elettroniċi tagħna, int se tirċievi offerti speċjali esklussivi.


Il-Membri Diamond li jivvjaġġaw minn Malta b’bagalja tal-idejn biss jistgħu jagħmlu ċ-check-in sa 30 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq billi jippreżentaw id-Diamond Card mad-desk taċ-check-in.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!