Ġenerali

Q1.M - Għandi xi mistoqsijiet dwar il-Flypass. Fejn nista' nfittex għat-tweġibiet?
A1.

T - Il-websajt tagħna tipprovdi ħafna informazzjoni dwar il-programm Flypass. Ikklikkja hawnhekk biex titgħallem aktar dwaru. Jekk xorta jifdallek xi mistoqsijiet mhux imwieġba, tista' tikkuntattja lid-desk tas-servizz tat-Taqsima tal-Flypass billi ċċempel fuq (+356) 2299 9660 jew tibgħat e-mail.

Q2.M – Jekk biddilt kunjomi, xi rrid nagħmel biex naġġorna d-dettalji tal-kont tiegħi?
A2.

T - Biex tbiddel ismek fuq kont tal-Flypass, aħna nitolbuk tibgħatilna kopja ta' dokument legali li jirrifletti l-isem korrett, bħal liċenzja tas-sewqan, ċertifikat taż-żwieġ jew passaport.


Jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lil:

Flypass Unit 
Air Malta Head Office 
Luqa LQA9020
Indirizz tal-E-mail


 

Q3.M - Nista' nittrasferixxi l-KMiles tiegħi fi programm ieħor tal-kumpanija tal-ajru?
A3.

T – Le. Inti ma tistax tittrasferixxi l-KMiles tal-programm Flypass fi programm ieħor tal-kumpanija tal-ajru. Lanqas ma tista' tittrasferixxi l-mili li takkumula fi programm ta' kumpanija tal-ajru oħra għall-programm Flypass tagħna.


Q4.M - Il-KMiles Bonus/Imsieħba meta jintbagħtu fil-kont tiegħi?
A4.

T - Il-mili bonus jintbagħtu madwar 8 ġimgħat wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti.

Q5.M - Jekk għandi aktar minn kont wieħed tal-Flypass, nista' nittrasferixxi l-bilanċi f'kont wieħed?
A5.

T - Iva tista', bil-kundizzjoni li l-isem u l-indirizz ikunu identiċi fuq kull kont u li ma jkollokx aktar minn 5,000 KMiles fil-kont li mhux ser tibqa' tuża. Tista' tagħmel dan billi tikkuntattja lid-desk tas-servizz tal-Flypass billi ċċempel fuq (+356) 2299 9660.

Jekk għandek aktar minn 5,000 KMiles fil-kont li mhux ser tibqa' tuża, jew jekk għandek bżonn tikkombina aktar minn żewġ kontijiet, jekk jogħġbok ibgħat talba bil-miktub lil: 

Flypass Unit 
Air Malta Head Office
Luqa LQA9020

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!