Mistoqsijiet Komuni Online dwar Flypass

Q1.M - Kif nista' nikseb Password?
A1.

T - Flypass Online tuża password fil-Login, għalhekk, inti tista' toħloq il-password tiegħek. Sabiex tilloggja fil-Flypass Online, inti għandek tkun membru tal-Flypass b'password validu.

Aħna ma għadniex qegħdin naċċettaw applikazzjonijiet ġodda għal sħubiji fil-Flypass.

Illoggja fuq www.airmalta.com u kklikkja fuq 'Għandi bżonn Password’. Hawnhekk, inti ser tintalab tissottometti ismek u kunjomok kif jidhru fuq il-kont tal-Flypass tiegħek, kif ukoll in-numru tas-sħubija tiegħek fil-Flypass. Imbagħad jintbagħatlek password temporanju permezz ta' e-mail fl-indirizz elettroniku pprovdut minnek wara 5-10 minuti. Dan il-password għandu jintuża għal-login inizjali tiegħek. Meta tilloggja bil-password temporanju, inti tiġi mġiegħel tagħżel password permanenti u mistoqsija, li tkun meħtieġa f'każ li tinsa l-password tiegħek. It-tweġiba għall-mistoqsija li tagħżel ma għandhiex tkun l-istess bħall-password tiegħek.

Skont il-kont tiegħek, inti tista' wkoll tintalab tipprovdi l-bilanċ attwali tal-Flypass KMiles tiegħek u l-istatus tas-sħubija fil-Flypass għal aktar awtentikazzjoni. Ladarba dawn jiġu vverifikati, inti tkun tista' tipprovdi l-indirizz tal-e-mail tiegħek. Imbagħad, inti tirċievi l-password temporanju fl-indirizz tal-e-mail ipprovdut u tkun tista' tilloggja fil-Flypass Online u tagħżel password permanenti tal-għażla tiegħek. Barra minn hekk, tista' tibgħat e-mail jekk ikollok aktar mistoqsijiet.


Q2.M - Qed insib problemi biex nilloggja bil-password li għażilt.
A2.

T - Jekk jogħġbok, ftakar li l-passwords huma case-sensitive, jiġifieri ‘ABC123’ mhijiex l-istess bħal ‘abc123’. Il-passwords għandu jkollhom minimu ta' 6 karattri alfa-numeriċi u massimu ta' 12. Jekk jogħġbok, żomm f'moħħok li l-password u l-mistoqsija li tagħżel għandhom ikunu differenti minn xulxin.


Q3.M - Fejn nista' nsib assistenza addizzjonali dwar il-password?
A3.

T - Jekk ikollok bżonn aktar assistenza, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-Taqsima tal-Flypass tagħna billi ċċempel fuq (+356) 2299 9660 jew billi tibgħat E-mail.


Q4.M - Kif nista' nsir membru tal-Flypass?
A4.

T – Ma għadniex qegħdin naċċettaw sħubiji ġodda fil-Flypass.

Q5.M - X'inhu numru tal-Flypass u għaliex għandi bżonn wieħed?
A5.

T - Numru tal-Flypass huwa numru ta' kont b'7 karattri għall-programm Frequent Flyer tal-Air Malta. Dan in-numru jagħtik iċ-ċans li tikseb aċċess għall-informazzjoni dwar il-kont tal-Flypass tiegħek.


Q6.M - X'jiġri jekk jien diġà membru tal-Flypass, iżda jien ġdid għall-Flypass Online?
A6.

T – Illoggja fuq is-sit www.airmalta.com u mbagħad ikklikkja fuq 'Għandi bżonn Password.'

Q7.M - X'jiġri jekk nara isem ħaddieħor fuq il-paġna ewlenija?
A7.

T – Ikklikkja fuq il-link li tgħid 'Biddel l-Utent', daħħal in-numru tal-Flypass u l-password tiegħek biex tilloggja.

Q8.M - Xi tfisser 'Ftakar in-Numru tal-Flypass Tiegħi'?
A8.

T - Din il-feature taħżen in-numru tal-Flypass tiegħek bħala cookie fuq il-hard drive tiegħek, sabiex b'hekk, meta tidħol fuq www.airmalta.com aktar tard, in-numru tal-Flypass tiegħek jiġi ripopolat fil-kaxxa tan-'Numru tal-Flypass'.

Q9.M - Meta jkolli bżonn nilloggja fuq il-Flypass Online?
A9.

T - Għall-protezzjoni tiegħek, aħna nitolbuk tilloggja billi tuża n-numru tal-Flypass u l-password tiegħek ipprovduti sabiex tikseb aċċess għal informazzjoni dwar il-kont tiegħek tal-Flypass. Għalkemm dan mhuwiex meħtieġ għall-funzjonijiet kollha, aħna nissuġġerulek li dejjem tilloggja kull meta żżur is-sit www.airmalta.com.


Q10.M - Insejt in-numru tal-Flypass tiegħi. Huwa disponibbli fuq is-sit?
A10.

T - Le. Jekk jogħġbok ċempel lit-Taqsima tal-Flypass fuq (+356) 2299 9660 jew ibgħatilna E-mail.


Q11.M - Kemm idum attiv il-kont tiegħi jekk ma jintużax?
A11.

T - Il-kontijiet jiġu arkivjati wara 2 snin ta' nuqqas ta' attività. Inti tista' tirriattiva l-kont tiegħek billi ċċempel lit-Taqsima tal-Flypass fuq (+356) 2299 9660. Il-kont tiegħek jieħu sa 48 siegħa sabiex jiġi attivat, żmien li matulu ma jkollokx aċċess għalih fuq l-internet.

Q12.M - Għandi xi mistoqsijiet oħrajn dwar il-kont tal-Flypass tiegħi. Minn fejn nista' nikseb it-tweġibiet?
A12.

T – Is-sit www.airmalta.com jipprovdi ħafna informazzjoni dwar il-kont tal-Flypass tiegħek.

Ikklikkja hawnhekk biex issib aktar tagħrif. Jekk għad għandek xi mistoqsijiet mhux imwieġba, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-Taqsima tal-Flypass billi ċċempel fuq (+356) 2299 9660 jew tibgħatilna E-mail.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!