X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:26°C L:21°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Kif Nibbukkja Award

Q1.M - Kif nista' nagħmel prenotazzjoni bl-użu tal-Flypass KMiles tiegħi?
A1.

T - Sabiex tagħmel prenotazzjoni bl-użu tal-Flypass KMiles tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-Taqsima tal-Flypass billi ċċempel fuq (+356) 2299 9660 jew tibgħat E-mail


Q2.M - Kemm għandi bżonn ġranet minn qabel sabiex nagħmel il-prenotazzjoni tiegħi għal award standard?
A2.

T – Sabiex tevita l-ispejjeż tal-ipproċessar, tista' tagħmel prenotazzjoni għal award standard bejn 7 u 45 ġurnata qabel id-data tal-ivvjaġġar. Jekk it-talba għall-award issir fl-aħħar 7 ijiem qabel it-tluq, tapplika miżata ta' pproċessar express addizzjonali ta' € 69.00. Jekk tixtieq tibbukkja l-award tal-ivvjaġġar standard sa 6 xhur qabel it-tluq, inti tista' tibbenifika mill-offerta ta' IBBUKKJA MINN QABEL. Hija applikabbli miżata minima ta' € 69.00 għal kull award.


Q3.M - Kif nista' nagħmel courtesy hold ta' prenotazzjoni ta' Flypass award?
A3.

T - Inti tista' tagħmel courtesy hold ta' 7 ijiem ta' prenotazzjoni ta' award, bil-kundizzjoni li tibbukkja aktar minn 5 ijiem qabel it-tluq. It-talbiet għal awards li jsiru inqas minn 7 ijiem qabel it-tluq iġorru miżata għall-ipproċessar tard ta' € 69 għal kull talba bħal din.


Q4.M - Kif nista' nbiddel jew nikkanċella l-prenotazzjoni tiegħi ta' award travel?
A4.

T - Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-Taqsima tal-Flypass billi ċċempel fuq (+356) 2299 9425 / 2299 9427/ 2299 9376 sabiex tagħmel kwalunkwe bidla fi prenotazzjoni ta' award travel. Il-bidliet fl-award ticket tiegħek iġorru magħhom miżata ta' prenotazzjoni mill-ġdid ta' € 69 għal kull bidla. F'każ ta' prenotazzjonijiet mill-ġdid fuq award flights imtejba għal Business Class, għandhom jibqgħu fis-seħħ il-kundizzjonijiet tal-biljett oriġinali tal-economy class.


Q5.M - Il-KMiles jistgħu jissarrfu għal titjiriet ibbukkjati mill-ġdid?
A5.

T - Le, il-ħlasijiet applikabbli għal prenotazzjonijiet mill-ġdid japplikaw skont il-kundizzjonijiet tal-biljetti. Tista' tkun applikabbli wkoll kwalunkwe differenza bejn il-prezz tal-biljett oriġinali mħallas u l-prezz tal-biljett il-ġdid.


Q6.M - Persuna minuri li tivvjaġġa fuq award għandha bżonn l-istess numru ta' KMiles bħal persuna adulta?
A6.

T - Ma hemm ebda distinzjoni bejn persuna minuri u persuna adulta. L-istess numru ta' KMiles huma meħtieġa fi kwalunkwe każ.

Q7.M – Kemm idum validu l-biljett tiegħi?
A7.

T - L-ivvjaġġar b'award ticket għandu jsir fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-ivvjaġġar. Ma hija possibbli ebda estensjoni taż-żmien wara l-ħruġ tal-biljett sakemm dan ma jkunx fi ħdan il-perjodu ta' tliet xhur. Jekk tixtieq tbiddel id-dati matul il-validità ta' tliet xhur, inti għandek tgħarraf lit-Taqsima tal-Flypass. Hija applikabbli tariffa ta' € 69.00 għal kull bidla.


 


Q8.M – Hemm xi spejjeż assoċjati mal-prenotazzjoni ta' award?
A8.

T – Il-membru tal-Flypass għandu jħallas it-taxxi kollha tat-tluq u l-miżata tas-servizz ta' € 15.00 mal-ħruġ tal-biljett. Jekk it-talba għal award issir inqas minn 7 ijiem qabel id-data tat-tluq, għandha tapplika miżata ta' pproċessar express addizzjonali ta' € 69.00.


Q9.M - Jista' jintalab award għal Business Class Upgrade fuq titjira skedata tal-Air Malta?
A9.

T – Iva, bil-kundizzjoni li l-biljett ikun inħareġ fuq dokumentazzjoni tal-Air Malta biss u jkun jibda bin-numru ta' referenza 643. It-talba għal Business class upgrade għandha tintbagħat lit-Taqsima tal-Flypass wara li jinħareġ il-biljett fl-economy class bir-rata applikabbli. Titjiriet li jiġu bbukkjati fil-klassijiet N, S u W ma jistgħux jingħataw upgrade għal Business Class. L-awards kollha huma soġġetti għad-disponibbiltà.


Q10.M - Tista' ssir talba għal award ta' Business Class Upgrade fl-istess data tat-tluq?
A10.

T - Le, l-awards ta' Business Class Upgrade ma jistgħux jintalbu fl-istess jum tat-tluq.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn