Kif Nixtri l-Kmiles
Tista' tixtri l-KMiles u tittoppja l-kont tal-Flypass tiegħek faċilment. Il-punti tal-ajru jistgħu jinxtraw f’pakketti ta’ 5,000 KMiles. Il-livell massimu tax-xiri f'perjodu ta’ 12-il xahar jiġi stabbilit mill-istatus tas-sħubija.
Xiri Massimu Permess
| Status |
KMiles |
| Temporanju |
20000 |
| Permanenti |
40000 |
| Diamond |
60000 |
Huma biss dawk il-membri li jkunu attivaw il-kont tagħhom permezz ta' Attività ta' Vvjaġġar fl-aħħar 12-il xahar li jistgħu jibbenifikaw mix-Xiri tal-KMiles.
Ixtri l-KMiles
| EUR |
KMiles |
| 58 |
5000 |
| 116 |
10000 |
| 174 |
15000 |
| 233 |
20000 |
| 290 |
25000 |
| 349 |
30000 |
| 408 |
35000 |
| 465 |
40000 |
IXTRI L-KMILES tapplika biss għal Standard u Upgrade awards għall-membri eżistenti u ma jistgħux jinxtraw biex jitjieb il-livell għal status Permanenti jew Diamond.
Meta tixtri l-KMiles permezz ta' IXTRI L-KMILES, inti għandek tindirizza ċekk pagabbli lil Air Malta plc u tibagħtu lil: Flypass Team, Air Malta plc, Sky Parks Business Centre, Level 2, Malta International Airport, Luqa – LQA 4000, Malta.
Jekk jogħġbok iddikjara n-numru tal-kont tal-Flypass tiegħek u l-ammont ta' KMiles li tixtieq tixtri .
Il-KMiles jistgħu jinxtraw ukoll billi tibgħat email lil flypassdiamond@airmalta.com u tikkwota d-dettalji tal-Kard tad-Debitu jew tal-Kreditu tiegħek (it-tip ta' kard, in-numru tal-kard, id-data ta' meta tiskadi u s-CCV [numru bi 3 jew 4 figuri fuq in-naħa ta' wara] u l-isem fuq il-kard) flimkien man-numru tal-kont tal-Flypass tiegħek u l-ammont ta' KMiles li tixtieq tixtri.