
Il-karozzi tal-linja tal-Arriva f'Malta
Minkejja d-daqs ċkejken tagħhom, il-Gżejjer Maltin joperaw sistema pjuttost estensiva ta' trasport pubbliku li jistgħu jużaw u jistrieħu fuqha n-nies tal-lokal u t-turisti. Filwaqt li fl-imgħoddi l-Gżejjer kellhom fis-seħħ kemm sistema tal-ferrovija kif ukoll tat-tramm, matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, il-karozzi tal-linja ħadulhom posthom bħala l-forma ewlenija ta' trasport pubbliku.
Il-karozzi tal-linja, li joffru servizz irħis u frekwenti lejn ħafna partijiet ta' Malta u Għawdex, inklużi ċ-ċentri prinċipali tal-Belt Valletta u Tas-Sliema, huma l-għażla awtomatika ta' ħafna abitanti tal-post u turisti biex jivvjaġġaw madwar il-gżejjer. Is-servizz il-ġdid, li huwa operat minn Arriva Malta, juża flotta ġdida ta' karozzi tal-linja moderni u mgħammra bl-arja kkondizzjonata, li jipprovdu sistema ta' trasport effiċjenti iżda mhux għalja tul netwerk estensiv madwar il-Gżejjer Maltin.
Sa Lulju 2011, bosta karozzi tal-linja bi proprjetà privata attiraw ħafna turisti lejn il-gżejjer minħabba l-karattru uniku tagħhom. Dawn il-karozzi tal-linja bi proprjetà privata, li sikwit tqiesu bħala karatteristika ikonika tal-gżira, kienu jiġu mżejna u personalizzati mis-sidien tagħhom biex jagħmlu kull karozza tal-linja unika u inkomparabbli.
Is-sistema l-ġdida ġġib magħha sett ġdid ta' benefiċċji. Hija toffri skrins b'informazzjoni dak il-ħin stess, titjib fil-postijiet fejn jieqfu l-karozzi tal-linja biex irikkbu u jniżżlu l-passiġġieri u ħafna aktar faċilitajiet ta' skambju. B'ħafna waqfiet qrib il-lukandi, l-ivvjaġġar madwar il-Gżejjer Maltin bil-karozza tal-linja għandu jkun relattivament faċli u mingħajr problemi.
Is-servizz ta' 'Airport Express'
F'din is-sistema joperaw erba' servizzi express bil-karozza tal-linja - X1, X2, X3 and X4 - biex iwasslu litI-turisti minn u lejn l-ajruport. Dawn ir-rotot jipprovdu kemm spazju addizzjonali għall-bagalji kif ukoll spazju akbar għal aktar passiġġieri, filwaqt li huma servuti wkoll bl-hekk imsejħa 'bendy buses' mgħammra bl-arja kkondizzjonata.
Ir-Rotot tal-Karozzi tal-Linja f'Għawdex
Il-gżira ta' Għawdex hija servuta b'10 rotot tal-karozzi tal-linja li joperaw kull siegħa f'kull direzzjoni. L-unika eċċezzjoni hija r-rotta 301 bejn il-belt Victoria (ir-Rabat) u l-Imġarr, il-villaġġ port fejn jittrakkaw il-vapuri tal-Gozo Ferry, li topera kull nofs siegħa. Il-ħinijiet tal-vjaġġi bil-karozzi tal-linja huma konsistenti għal kull jum tal-ġimgħa kemm matul ix-xitwa kif ukoll fis-sajf.
Il-Vapur ta' Għawdex
Huwa faċli biex wieħed jivvjaġġa bejn Malta u Għawdex. Servizz regolari bil-vapuri jġorr il-passiġġieri u l-vetturi tagħhom bejn Malta u Għawdex fuq bażi regolari. Il-vjaġġ bil-baħar jieħu madwar 25 minuta.
Tgħallem aktar dwar ir-rotot lokali tal-karozzi tal-linja billi żżur is-sit elettroniku tal-kumpanija Arriva fuq http://www.arriva.com.mt/