F'Malta, is-servizzi tal-kura medika huma disponibbli kemm fl-isptarijiet pubbliċi kif ukoll f'dawk privati, li t-tnejn huma meqjusa bħala li jipprovdu kwalità eċċellenti. Dawn huma appoġġjati wkoll minn netwerk reġjonali estensiv ta' ċentri tas-saħħa, li jiżguraw li dejjem tkun qrib ta' attenzjoni medika jekk jiġrilek xi ħaġa.
Filwaqt li normalment it-turisti ma jkollhomx bżonn ċertifikazzjoni ta' vaċċinazzjoni jew tilqim biex jidħlu fil-gżejjer Maltin, il-viżitaturi minn Stati Membri tal-UE huma rrakkomandati li jiksbu l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea. Din il-karta tingħata mingħajr ħlas u tagħtik aċċess għall-kura tas-saħħa pprovduta mill-Istat matul iż-żjara tiegħek f'Malta. F'każ li jkollok bżonn xi kura matul iż-żjara tiegħek, permezz ta' din il-karta inti tirċeviha taħt l-istess kondizzjonijiet u bl-istess spiża bħall-Maltin. Huwa ssuġġerit ukoll li l-viżitaturi jixtru polza personali ta' assigurazzjoni medika li għandha tipprovdilhom assistenza medika finanzjarja f'każ li jkollhom bżonnha.
Viżitaturi li jirċievu kura medika speċjali għandhom iġibu magħhom preskrizzjoni medika jew ittra mingħand it-tabib tal-familja tagħhom, f'każ li jkollhom bżonn jixtru xi mediċini.
Madwar il-Gżejjer Maltin insibu bosta spiżeriji li jkunu miftuħin matul il-ħinijiet normali tax-xiri. Żomm f'moħħok li dan ifisser li ħafna minn dawn l-ispiżeriji jagħlqu wara nofsinhar kemm fix-xitwa kif ukoll fis-sajf. Nhar ta' Ħadd, l-ispiżeriji jiftħu fuq bażi ta' roster mid-9 ta' filgħodu sa 12.30 f'Malta u mis-7.30 ta' filgħodu sal-11 ta' filgħodu f'Għawdex.
Sptarijiet Pubbliċi
F'Malta: L-Isptar Mater Dei, il-By-pass ta' Birkirkara, Birkirkara MSD 2090 Tel: ( 356) 25450000
F'Għawdex: L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, Victoria. Tel: ( 356) 21561600 Fax: ( 356) 21560881
Numri tat-Telefon Importanti
Din li ġejja hija lista ta' numri tat-telefon li tista' ssib utli matul iż-żjara tiegħek fil-Gżejjer Maltin:
Ambulanza 196
Emerġenza 112
Salvataġġ ta' Emerġenza bil-Ħelikopter 21244371
Salvataġġ ta' Emerġenza bil-Patrol Boat 21238797
Tifi tan-Nar 199
Gozo Channel Co. Ltd 21556114
L-Isptar ta' Għawdex 21561600
L-Isptar ta' Malta 25450000
Il-Pulizija 191