The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:31°C L:25°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Malta bit-tfal

Popeye Village, Malta

Malta, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar pajjiżi siguri fid-dinja, hija l-aqwa destinazzjoni għal btala għall-familja kollha. B'bosta attrazzjonijiet u temp mill-aqwa, l-ippjanar tal-btala tiegħek f'Malta mal-familja u t-tfal żgur mhux ser iħallik nieqes mill-ideat u l-għażliet.

Għalkemm Malta hija rinomata l-aktar bħala destinazzjoni Sajfija, il-Gżejjer Maltin jippreżentaw varjetà ta' għażliet għad-divertiment tal-familji u t-tfal. It-tfal jirrikjedu ħafna attenzjoni u jistgħu jkunu xi ftit diffiċli, speċjalment waqt btala, u jekk għandek tfal ta' etajiet differenti, allura taf kemm jista' jkun diffiċli sabiex tikkuntenta lil kulħadd. Madankollu, tista' sserraħ moħħok li b'attivitajiet li jvarjaw minn waterslides sa żjara fil-kalzri tat-torturi, xiri ta' ħwejjeġ tal-aħħar moda sa paragliding, hi x'inhi l-età jew il-preferenza tiegħek, hemm xi ħaġa għal kulħadd.

Waħda mill-aktar attrazzjonijiet popolari fis-sajf hija l-iSplash and Fun Park. B'water-slides, żoni fejn jilagħbu t-tfal u l-akbar pixxina bil-mewġ fl-Ewropa, l-unika problema li ser ikollok hija meta tiġu biex titilqu. Maġenb dan il-park eżatt, hemm il-Mediterraneo Marine Park, fejn it-tfal jistgħu jgħumu mad-dniefel u jgawdu l-ispettakli tal-foki.

Għal tfal li huma iżgħar, Popeye Village huwa ideali. Dan il-villaġġ ta' fantasija, li oriġinarjament kien sett fejn inħadem u nġibed il-film ta' Popeye fl-1980, huwa komplut b'dgħajjes tas-sajd pittoreski u bi djar antiki tas-sajjieda, kollox ambjentat taħt irdum wieqaf li jħares lejn il-baħar; iżda dan il-post joffri ferm aktar minn xenarju. Taħt il-villaġġ hemm bajja spettakolari b'baħar akkwamarin, slides u faċilitajiet ta' sport tal-baħar; filwaqt li fuq il-villaġġ, hemm fun-park għat-tfal ta' kull età, komplut b'ġinnasju fi stil ta' ġungla fuq żewġ sulari, rikbiet u divertiment ieħor. Il-bars u r-ristoranti huma post eċċellenti fejn tista' tieħu xi ħaġa tajba u tirrilassa, filwaqt li tisma' l-istejjer eċċitanti ta' telleriti mbaskta bix-xemx!

Mill-iMdina Dungeons sal-Malta Experience, dawra bid-dgħajsa sa Blue Grotto fiż-Żurrieq, Jeep Safaris, irkib taż-żwiemel u esperjenzi prattiċi u diretti fis-sengħa tal-biedja, hemm ħafna u ħafna attivitajiet pjaċevoli li permezz tagħhom it-tfal jistgħu jiddevertu u jedukaw ruħhom. Jekk dan kollu ma jirnexxix, vjaġġ sal-Blue Lagoon ta' Kemmuna għandu jkun esperjenza maġika għal kulħadd. Din il-bajja blu u ċara daqs il-kristall li tifred liż-żewġ gżejjer (Kemmuna u Kemmunett) għandha tassew biex tkun kburija, minħabba li għandha fost l-aktar baħar sabiħ għall-għawm fl-arċipelagu; sempliċiment kun żgur li tieħu miegħek biżżejjed krema għal kontra l-qilla tax-xemx.

Il-kosta fit-tramuntana ta' Malta hija perfetta għat-tfal żgħar li jieħdu gost iċafċfu u jgħumu fil-ħafna bajjiet tar-ramel, li ħafna minnhom għandhom faċilitajiet ta' gwardji tal-kosta matul ix-xhur tas-Sajf.



Kont taf?

  • Kont taf li l-Arċipelagu Malti jkopri biss ftit aktar minn 300 kilometru kwadru b'kollox?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn