Malta fis-Sajf

Malta in SummerMalta fis-Sajf

Jekk tħoss li l-idea li tqatta' ġranet twal tixxemmex ħdejn il-baħar, tgawdi l-barbikjus filgħaxijiet jew tattendi festa ta' xi raħal mal-abitanti tal-lokal hija waħda estremament attraenti, allura bla dubju ser tkun għal qalbek f'Malta. Dejjem hemm xi ħaġa għaddejja fil-gżejjer Maltin, għalhekk, ma hemm ebda ċans li ser tixba' għax ma ssibx x'tagħmel jew li ħa jifdallek ħafna ħin f'idejk.

Billi tibbenifika mill-pożizzjoni tagħha, kennija bejn Sqallija u l-Afrika ta' Fuq, Malta tgawdi temperaturi sħan b'kondizzjonijiet ftit aktar friski permezz ta' żiffa ħafifa filgħaxijiet. Matul iż-żjara tiegħek f'Malta, li ta' spiss issir referenza għaliha bħala 'l-gżira tax-xemx', għandek iċ-ċans li tiltaqa' ma' festivals tal-jazz, festivals tal-birra, festivals tal-mużika, jiem iddedikati għaċ-ċinema, il-festi tal-irħula u ħafna aktar. Il-Maltin mhux biss jiċċelebraw kważi kollox, iżda jeħduha bħala sfida personali biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ġranet tas-Sajf.

Ix-xhur sħan jiftħu l-istaġun tal-festi b'serje ta' avvenimenti li jibdew fl-aħħar ta' Mejju u jibqgħu sejrin bla waqfien sa Settembru. Matul dan il-perjodu tas-sena, qajla jasal tmiem il-ġimgħa u ma jkunx hemm xi raħal li jkun qiegħed jiċċelebra l-festa tal-qaddis patrun tiegħu. Waqt dawn il-festi, ser ikollok l-opportunità li dduq il-qubbajt tradizzjonali Malti – ħelu lokali delizzjuż li ħafna jixxennqu għalih.


Jekk tħobb l-affarijiet aktar sempliċi fil-ħajja, aqbad xugaman u qatta' ġurnata sabiħa u rilassanti ħdejn il-baħar. Il-Bajja tal-Għadira, Għajn Tuffieħa, Golden Bay, il-Ġnejna u Paradise Bay huma biss uħud mill-aktar postijiet rinomati madwar il-gżira.

Tista' tgawdi passiġġati romantiċi max-xatt bil-lejl, tpaxxi żaqqek b'ikla tajba f'xi ristorant mal-baħar jew tinżel togħdos jew tbaħħar fil-baħar sabiħ ta' dawn il-gżejjer. L-opportunitajiet huma infiniti!





Kont taf?

  • Kont taf li l-Arċipelagu Malti jkopri biss ftit aktar minn 300 kilometru kwadru b'kollox?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!