Malta għaż-żgħażagħ

Malta for teensMalta għaż-żgħażagħ

Jekk hemm xi ħaġa li l-Maltin jafu jagħmlu sewwa hija li jiddevertu. Sal-età ta' 16-il sena, il-maġġoranza taż-żgħażagħ Maltin ikunu diġà bdew jiffrekwentaw id-diskoteki. Għalhekk, mhijiex sorpriża li ħafna turisti jżuru Malta bil-gzuz sabiex imorru Paceville, villaġġ attraenti li huwa rinomat għad-divertiment bil-lejl. Hawnhekk stenna li ssib ħafna ħwienet tax-xorb, pubs, ristoranti, korsija tal-bowling, ċinema u ħafna aktar, li kollha jinsabu ftit passi bogħod mill-baħar.

Jekk Paceville mhuwiex it-tip ta' post li normalment tfittex, mur sal-Mellieħa, fejn għandek issib firxa wiesgħa ta' faċilitajiet ta' sport tal-baħar. Xi lukandi fiż-żona joffru wkoll l-iskola tal-ibburdjar tagħhom, fejn tkun tista' titgħallem kif tipprattika l-ibburdjar u l-windsurfing. Għandek ukoll l-opportunità li tmur fuq sausage ride miġbuda minn speedboat. Il-lokalitajiet fil-qrib tal-Qawra u ta' San Pawl il-Baħar għandhom ukoll ħafna lukandi b'faċilitajiet sportivi, inkluż it-tenis, kif ukoll ċinema u diversi ħwienet tax-xorb bi gruppi li jdoqqu mużika live.

Matul ix-xhur tas-sajf, Malta toffri lil dawk li ma jmorrux Paceville ħafna aktar alternattivi minn matul ix-xitwa. Jekk tħobb il-mużika reggae, techno, rock jew saħansitra elettronika, madwar il-gżejjer Maltin hemm postijiet apposta fejn id-divertiment u l-mużika ma jieqfu kważi qatt. Il-ħwienet tax-xorb jiftħu fid-9 ta' filgħaxija u jagħlqu kmieni ħafna għall-ħabta tal-4 ta' filgħodu.

Jekk min-naħa l-oħra tippreferi li tqatta' l-ħin liberu tiegħek b'mod aktar kwiet u rilassanti, ma hemm imkien aħjar minn Għawdex. Meta żżur din il-gżira, inħeġġuk sabiex tirrilassa mal-pixxina f'xi razzett konvertit li tkun krejt, tinżel għodos fil-baħar sabiħ jew issuq xi jet-ski.

B'għadd bla qies ta' għażliet kif iż-żgħażagħ jistgħu jqattgħu ż-żmien tagħhom f'Malta, tista' sserraħ moħħok li kollox jinsab fil-qrib u l-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ lokali jivvjaġġaw madwar il-gżejjer bil-karozza tal-linja. Hi x'inhi l-idea tiegħek ta' pjaċir, kun żgur li tippjana tajjeb minn qabel sabiex b'hekk tkun tista' ddaħħal kollox fl-iskeda tiegħek.

 



Blog relatat

all blogs

Kont taf?

  • Kont taf li l-Arċipelagu Malti jkopri biss ftit aktar minn 300 kilometru kwadru b'kollox?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!