The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:29°C L:22°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Ikel delizzjuż f'Malta

gastronomic delights in Malta             Ikel delizzjuż f'Malta

Matul iż-żminijiet, Malta kienet influwenzata ħafna mill-kċejjen tal-popli li ħakmuha u r-riċetti tagħha ġew imħawrin bl-aqwa prodotti tipiċi Mediterranji. Il-Maltin, li jaffaxxinaw lill-barranin b'ikel li jaqsamlek qalbek bir-riħa tiegħu biss u b'togħmiet li jkomplu jiftħulek l-aptit, huma rinomati għat-togħmiet gastronomiċi u l-ikel delizzjuż li kapaċi joħolqu.  

Ħafna mill-ikel Malti, li jħaddan dak kollu li huwa Mediterranju, huwa bbażat l-aktar fuq l-użu taż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm frisk, fejn ilaqqa' flimkien l-aqwa influwenzi mill-kċina Taljana u dawk Mediterranji, fużjoni li żgur għandha tħallik b'leblieba kbira u aptit liema bħalu. Jekk trid tassorbi l-kultura Maltija u tgawdiha bl-aqwa mod possibbli, allura nissuġġerulek tipprova wieħed minn dawn il-platti lokali favoriti ta' ħafna.

Fenkata - Stuffat tal-Fenek li jissajjar fiz-zalza tat-tadam jew fl-inbid aħmar u li jiġi mmarinat perfettament bit-tewm.

Il-biċċa l-kbira tar-ristoranti jservu s-sopop bħala l-ewwel platt. Jekk inti persuna li tħobb ħafna l-platti tal-imgħarfa, mela allura jmissek tipprova l-Minestra, li hija l-aktar waħda komuni minnhom kollha u li hija taħlita ta' ħxejjex u fażola. Soppa oħra li hija favorita mal-Maltin u li żgur tintgħoġob mill-barranin hija l-Kusksu, li l-ingredjent prinċipali tagħha huwa l-ful.

Mill-banda l-oħra, jekk taqagħlek żaqqek għal xi platt għaġin tajjeb, mela allura ma tistax ma dduqx l-Imqarrun il-Forn, li huwa għaġin imsajjar fil-forn b'taħlita ta' bajd, piżelli jew fwied tat-tiġieġ, servut b'mgħarfa ġeneruża ta' ġobon maħkuk. Ir-Ravjul, li kif jindika ismu huwa ispirat mir-riċetta Taljana tar-ravioli, huwa platt ċelebri ieħor ta' tip ta' għaġin mimli bl-irkotta jew bil-ġbejniet tan-nagħaġ u mħallat f'zalza tat-tadam.

Riċetti oħrajn li huma xejn inqas bnini u li huma prominenti fil-kċejjen Maltin jinkludu l-laħam, l-għaġin bil-ħut u diversi sopop delizzjużi. Fl-aħħarnett, ma nistgħux ninsew insemmu l-popolarità tar-riċetti bil-majjal, bħall-kustilji tal-majjal mixwija jew il-falda mimlija.

Meta jasal il-waqt li kontra qalbek tħalli Malta u terġa' lura f'pajjiżek, il-probabbiltà kbira hija li tibqa' tixxennaq għall-ikel Malti. Jekk tippreferi l-pastizzi tradizzjonali ma' kikkra kafè l-Ħadd filgħodu, jew inkella tbill kisra ħobż tal-Malti mal-ikla tiegħek, allura d-diffikultà hija x'ser taqbad tagħżel!








Blog relatat

all blogs

Kont taf?

  • Kont taf li l-Arċipelagu Malti jkopri biss ftit aktar minn 300 kilometru kwadru b'kollox?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn