The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:20°C L:16°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Btajjel għall-għaddasa

Diving holidays in MaltaBtajjel għall-għaddasa

Aqbeż fil-baħar blu ċar kristall u esplora d-dinja ta' taħt il-baħar! Inti persuna li tfittex l-eċċitament fil-ħajja? Jekk iva, ilbes il-ħwejjeġ tal-iscuba-diving u inżel biċ-ċilindri taħt il-baħar għal esperjenza mill-aktar maġika u li tbiddillek ħajtek.

Malta mhux biss tesperjenza xemx bla qies, iżda l-pożizzjoni strateġika tagħha fil-baħar Mediterran tagħmilha post ideali u favorit mal-għaddasa sabiex jipprattikaw il-passatemp preferut tagħhom. Kemm jekk inti għaddas li għadek tibda, kif ukoll jekk għandek esperjenza estensiva taħt l-ilma, dawn il-gżejjer joffru l-ambjent addattat għal kull livell ta' profiċjenza.

Magħrufa għad-diversi bastimenti mgħarrqa li toffri, tista' togħdos u tesplora l-fdalijiet ta' bastimenti storiċi, is-sikek naturali taħt il-baħar u firxa wiesgħa ta' ħajja marina distinta għall-baħar li jdawwar lil Malta. Il-vjaġġi ta' ġurnata lejn il-gżejjer ta' Għawdex u Kemmuna joffrulek sens ġdid ta' avventura billi huma kollha jippreżentaw diversi siti ideali għall-għaddasa b'kondizzjonijiet mill-aqwa. Ma' dawn inżidu erba' gżejjer oħrajn li mhumiex abitati, jiġifieri Filfla, Kemmunett, il-Gżejjer ta' San Pawl u l-Ġebla tal-Ġeneral, li wkoll joffru kondizzjonijiet favolużi għall-għaddasa.

B'viżibilità eċċellenti u l-baħar Mediterran b'temperaturi sħan li qatt ma jinżlu taħt is-16-il grad Celsius, il-fond li jinżlu l-għaddasa jista' jvarja bejn wieħed baxx ħafna għal aktar minn 50 metru, sabiex b'hekk l-għaddasa għandhom firxa vasta ta' opportunitajiet, skont il-livell ta' profiċjenza u esperjenza tagħhom. Għar Lapsi huwa żona rinomata ħafna mal-għaddasa li jippreferu baħar baxx, filwaqt li ż-żona magħrufa bħala Lantern Point hija mfittxija minn dawk li jħobbu jgħoddsu aktar fil-fond.

Siti oħrajn magħrufa mal-għaddasa huma l-Ħofra tal-Bedwin (Blue Hole) qrib il-Ponta tad-Dwejra u l-HMR Maori, destrojer Ingliż li baqa' magħruf għall-għarqa tal-Bismarck.

Tpaxxa b'din il-ġenna ta' taħt il-baħar u ħu gost gawdi naħa differenti tal-pajsaġġ Malti.





Kont taf?

  • Kont taf li l-Arċipelagu Malti jkopri biss ftit aktar minn 300 kilometru kwadru b'kollox?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn