The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:20°C L:16°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Erbat Ijiem f'Għawdex (L-Ewwel Parti)

30 Jannar 2013

Ix-Xlendi, Għawdex

Bħalissa, jien u nikteb dan l-artiklu, qiegħed nimmolla fuq is-siġġu tiegħi, bi ftit pulzieri kwadri biss mill-warrani tiegħi f'kuntatt mal-cushion tas-siġġu. Il-bqija ta' ġismi huwa maqtugħ mill-arja, ma jmiss ma' xejn ħlief mal-arja sħuna.

Nimmaġina li qegħdin tistaqsu: għaliex qiegħed iżżomm il-bilanċ bħal raġel li qatt ma poġġa fuq siġġu u ma jafx kif għandu jintuża? Sempliċi: għaliex jien Ingliż u kont fuq btala, għalhekk! U issa, il-ġilda tiegħi, ħamra nar u miġbuda bħal tanbur, ma tista' tmiss ma' ebda wiċċ ieħor, inkella naqbad ngħajjat u nwaħwaħ bl-uġigħ. Madankollu, l-aktar li qiegħed nibża mhuwiex mill-uġigħ qawwi. Taf inti, jekk inwerżaq, marti tinduna li jien muġugħ u mbagħad tkun iġġustifikata l-insistenza tagħha li napplika l-krema għal kontra r-raġġi qawwija tax-xemx u ‘għal darba ma nkunx idjota’.

Allura tistaqsuni, kif kienet l-esperjenza tiegħek f'Għawdex? Ħadna pjaċir ħafna, minkejja d-determinazzjoni tiegħi li nixwi laħmi stess! Żjara qasira ta' erbat ijiem kienet biżżejjed għalina biex nesperjenzaw ħafna minn dak li għandu x'joffri Għawdex.

L-ewwel ġurnata

Aħna bdejna billi qbadna l-vapur mit-Terminal taċ-Ċirkewwa f'Malta. Minn hemm irħejnilha għal vjaġġ qasir ta' 20 minuta fuq vapur li huwa mgħammar bi snack bar ippakkjat iżżejjed għal vjaġġ daqstant qasir. ‘Hija xi ħaġa redikola,’ għedt bejni u bejn ruħi hekk kif tajt ħarsa madwari u rajt dawk in-nies kollha jomogħdu bla waqfien. ‘In-nies mhumiex kapaċi jqattgħu 20 minuta mingħajr ma jixtru l-ikel?’ 

Hekk kif kont bilqiegħda mal-mejda tiegħi u battalt 3 pakketti crisps, irrealizzajt kemm it-tbaħħir huwa xogħol iebes u kemm il-pirati kienu jieklu l-ħin kollu. Min-naħa l-oħra, Susan, li dejjem tkun pronta biex twiddibni u trażżan il-kilbiet tiegħi, tatni lecture sħiħ dwar il-perikli tal-melħ żejjed, u mbagħad battlet borża sħiħa ta' M&Ms f'ħalqha bħallikieku kienet ivvelenata u dawn kienu l-antidoti.

Huwa vjaġġ qasir, iżda bidu mill-aqwa - għaddejna minn ħdejn Kemmuna bil-kastell sabiħ li hemm fuqha, filwaqt li ħriġt fuq il-gverta sabiex inħoss iż-żiffa tal-baħar fuq wiċċi u fejn xi darba kelli x-xagħar. Imbagħad, il-vapur daħal bil-mod fil-port gustuż u pittoresk tal-Imġarr. Għaddejna minn ġot-terminal modern, ġbarna l-karozza tal-kiri tagħna u qbadna triqitna lejn il-farmhouse li krejna fir-raħal tal-Għasri.

Domna xi ftit biex sibna l-post, iżda s-sewqan madwar it-toroq pittoreski ta' dan il-villaġġ sabiħ kien parti mill-avventura. Imxejna tul il-pjazza ċentrali bil-knisja imponenti tagħha u staqsejna lil wieħed mir-residenti tal-lokal dwar l-isem tat-triq. Inzerta li huwa kien jaf lis-sid u ġentilment mexxiena sa quddiem il-bieb tiegħu. Ftaħna l-bieb, ħattejna l-affarijiet personali tagħna u tlaqna għal għawma fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra – hija diskutibilment l-aktar bajja sabiħa fost il-bajjiet kollha madwar Malta u Għawdex. Hija mdawra b'irdumijiet u għelieqi, filwaqt li wara l-bajja tista' ssib duni tar-ramel u triq dejqa u mserrpa. Iżda minkejja l-ġmiel li għandha din il-bajja, bil-baħar ċar daqs il-kristall tagħha u snack bars bi provvista tajba ta' ikel u xorb, hija tibqa' ttimbrata f'moħħi bħala x-xena tal-bidu tal-inkubu epidermali tiegħi. Susan offriet li tidlikli l-krema ta' kontra x-xemx, iżda malli ftaħt id-deckchair u ntfajt fuqu, ma domtx ma bdejt nonħor, u għalhekk beda l-ħruq u t-tqarqiċ tal-ġilda tiegħi - fl-istil Peking Duck.

Filgħaxija, morna f'ħanut tal-inbid fil-belt kapitali Victoria u hemm stajna ngawdu tazza jew tnejn ta' inbid lokali – mhux Malti, iżda nbid Għawdxi. Hawnhekk doqna affarijiet tajbin, li dlonk daħħluna f'burdata ta' btala, għalhekk, iddeċidejna li mmorru għal mixja romantika. Malli dorna mal-ewwel kantuniera, intlifna u ma kellna ebda tama li ser insibu triqitna lura. Apparentement, dan huwa talent li għandi - ċerti nies għandhom sens kbir ta' direzzjoni; it-talent tiegħi huwa l-abbiltà inkredibbli li nintilef f'ħin qasir ħafna. Madankollu, ftit li xejn tajna kas, għaliex it-toroq dojoq u mserrpin tal-parti l-antika tal-belt Victoria huma sbieħ u romantiċi ferm. Aġixxejt bħallikieku dan kien parti mill-pjan tiegħi - hija kienet taf li konna kompletament mitlufin - xempju tal-kunċett yin-yang.

It-tieni ġurnata

Il-ġurnata ta' wara, Susan u jien żorna ċ-Cittadella – belt iffortifikata mill-isbaħ imperrċa fuq il-belt Victoria. Ipparkjajt il-karozza fi spazju li kien hemm ħdejn il-karozzi tal-linja, billi ħsibt li l-vjaġġ kien wieħed qasir. Iżda ma kienx. U waqt li Susan applikat il-krema ta' kontra x-xemx fuq għonqha, wiċċha u dirgħajha esposti għar-raġġi qawwija tax-xemx, l-attakk tal-ultravjola kompla jaħkimni. Iċ-Cittadella hija sabiħa u rrakkomandata ħafna. Is-swar u d-difiżi tagħha għadhom ippriservati b'mod impekkabbli, filwaqt li t-toroq tagħha huma inkredibbilment pittoreski. Waqafna nieklu xi ħaġa f'ħanut żgħir, fejn kellna ċ-ċans induqu speċjalità lokali ta' ħobż b'qoxra tqarmeċ ħafna, tadam imqadded, ġbejniet friski tal-mogħoż u żebbuġ. Huwa ikel sempliċi, iżda inkredibbilment delizzjuż u sodisfaċenti.

Dakinhar filgħaxija soqna lejn ix-Xlendi biex innaqqru xi ħaġa. Huwa villaġġ ċkejken fil-qiegħ ta' wied, preċiżament ma' tarf il-baħar. L-ambjent tal-madwar huwa spettakolari – l-irdumijiet enormi joffru kenn lill-bajja ramlija ċkejkna, b'tali mod li joħolqu kwadru drammatiku madwar il-baħar ikħal skur. Hekk kif poġġejna bilqiegħda u ordnajna xarba friska għal qabel l-ikel, ix-xemx bdiet nieżla eżatt quddiemna f'nofs il-bajja. Susan ma damitx ma ndunat bit-turġien li hemm tul l-irdum, li x'aktarx inbena minn sadisti sabiex il-masokisti jkunu jistgħu jitilgħu sa fuq il-quċċata tal-irdum biex minn hemm fuq ikunu jistgħu jgawdu veduta aħjar. Ilmaħtha tħares lejn dik id-direzzjoni u kont naf x'kien ġej.

(tkompli)


Top Blog Posts

More posts by this author

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn