It-tlett Ibliet

Ir-Regatta fil-Port il-Kbir
It-tlett ibliet iffortifikati magħrufa bħala t-Tlett Ibliet (il-Kottonera) - il-Birgu, Bormla u l-Isla - li jinsabu madwar il-Port il-Kbir fin-Nofsinhar ta' Malta, joffru daqqa ta' għajn affaxxinanti lejn l-istorja marittima ta' Malta. L-istorja tat-Tlett Ibliet, li hija kkaratterizzata mill-Kavallieri ta' San Ġwann, knejjes, palazzi grandjużi u swar imponenti tista' forsi titqies bħala rikka daqs dik tal-kapitali ta' Malta, il-Belt Valletta.

Matul dawn l-aħħar snin, dan ir-reġjun, li tabilħaqq għandu l-post li jixraqlu fl-istorja estensiva ta' Malta, kien għaddej minn qawmien mill-ġdid fil-popolarità. It-Tlett Ibliet issa huma mimlija b'ristoranti esklussivi, ħwienet tal-inbid, mużewijiet u marina tal-jottijiet, li jagħmluhom postijiet attraenti ħafna għal investiment fil-proprjetà.

 

Din ir-rokna tal-gżira tara ċelebrazzjonijiet ta' festi reliġjużi u festi oħrajn matul is-sena kollha. Fi żmien l-Għid, isiru l-ġirjiet tradizzjonali bl-istatwi ta' Kristu Rxoxt tul it-toroq iffollati ta' dawn l-ibliet, li joffru lit-turisti intuwizzjoni u esperjenza personali tal-kultura u t-twemmin reliġjuż tal-Gżejjer Maltin.

Kull belt għandha l-faxxinu u l-karattru partikolari tagħha li jiddistingwuha mil-lokalitajiet l-oħrajn tal-gżejjer. Il-Birgu jospita ħafna residenzi rinomati tal-kavallieri, kif ukoll il-Mużew Marittimu, il-mużew tal-folklor u l-Palazz tal-Inkwiżitur. Din il-belt tilqa' fi ħdanha wkoll diversi artefatti u relikwi tal-Kavallieri ta' San Ġwann.

Min-naħa tagħha, Bormla għandha Knisja Parrokkjali impressjonanti b'Oratorju mimli xogħlijiet ta' arti, filwaqt li l-Isla għandha żewġ knejjes meraviljużi li huma ddedikati lil San Filep u lill-Madonna tal-Vitorja.

Affaxxina ruħek bis-sbuħija tar-rappreżentazzjonijiet ta' ġrajjiet tal-imgħoddi u tal-iljieli għad-dawl tax-xemgħa hekk kif dawn imexxuk minn triq għall-oħra. Isiru vjaġġi regolari bil-karozzi tal-linja lejn it-Tlett Ibliet mill-Belt Valletta u dawn il-bliet huma aċċessibbli faċilment ukoll bil-karozza jew b'laneċ li jitilqu mix-xatt tal-Belt Valletta.





Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!