San Ġiljan, il-mekka tad-divertiment

San Ġiljan, il-mekka tad-divertiment f'Malta

Magħrufa bħala l-mekka tad-divertiment f'Malta, il-lokalità ta' San Ġiljan, li tinsab mal-kosta, hija rinomata kemm man-nies tal-lokal kif ukoll mal-barranin. B'xelta abbundanti ta' lukandi, ristoranti ta' klassi għolja u diskoteki moderni f'żona li hija magħrufa bħala Paceville, din il-lokalità hija waħda mill-aktar popolari mat-turisti u hija lokalità mfittxija ħafna, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa.

San Ġiljan, li beda bħala villaġġ tas-sajd pittoresk, ftit li xejn kienu jgħammru nies fih sa mitejn jew tliet mitt sena ilu. Madankollu, nistgħu ngħidu li, illum il-ġurnata, San Ġiljan ħa x-xettru tat-titolu tal-belt kapitali tal-kultura u d-divertiment mingħand il-Belt Valletta. Żgħażagħ minn madwar il-gżira kollha u minn kull rokna tad-dinja jinġabru f'dan il-post prolifiku fi tmiem il-ġimgħa sabiex jiddevertu fid-diskoteki, fis-swali taċ-ċinema u fil-ħwienet tax-xorb tiegħu, li jinsabu ftit passi bogħod minn xulxin.

Fl-imgħoddi, din iż-żona kienet tintuża bħala post għall-kaċċa mill-Kavallieri, li semmew iż-żona għall-qaddis patrun tal-kaċċaturi. Raffaele Spinola, kavallier prominenti, kien bena l-villa tiegħu tħares lejn il-bajja żgħira li għadha ġġib ismu sal-lum. Illum il-ġurnata, il-Bajja ta' Spinola hija mimlija attività, billi tospita għadd ġmielu ta' ristoranti, kafetteriji u ħwienet tax-xorb.

Bil-preżenza ta' diversi lukandi u stabbilimenti tal-ikel u tad-divertiment, San Ġiljan għandu wkoll bajja li tattira bosta nies li jħobbu l-baħar minn madwar Malta kollha. Il-fatt li l-lokalità ta' San Ġiljan tinsab qrib ħafna tal-belt ġara ta' Tas-Sliema u l-kumplessi tax-xiri tagħha, kif ukoll vjaġġ qasir bil-karozza tal-linja lejn u mill-Belt Valletta, ikompli jagħmilha pjuttost attraenti minħabba li hija ċentrali u qrib l-attrazzjonijiet li jinsabu fil-qrib.

L-ikliet fuq barra u l-mixjiet romantiċi max-xatt huma xi ħaġa komuni minħabba li l-bajja toffri xenarju ferm attraenti matul ix-xhur sħan tas-sajf.





Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!