Il-Mosta, belt kbira fiċ-ċentru ta' Malta, hija marbuta ma' diversi leġġendi lokali popolari.

local_activity
photo_camera
location_city

Din il-lokalità hija mdawra b'ħafna postijiet storiċi ta' interess, inklużi l-Victoria Lines, li kienu nbnew mill-Imperu Ingliż bħala mekkaniżmu ta' difiża kontra l-invażjoni tal-art mit-Tramuntana.

Hija tista' tiftaħar b'dik li jingħad li hija t-tielet l-akbar koppla fid-dinja, li hija ddedikata lil Marija Assunta. Il-knisja, li hija magħrufa l-aktar bħala r-Rotunda ta' Santa Marija Assunta, kważi nqerdet għal kollox matul it-Tieni Gwerra Dinjija meta bomba mitfugħa minn ajruplan Ġermaniż tal-Luftwaffe laqtet il-koppla tal-knisja, iżda b'xorti tajba ma splodietx. Minbarra din il-bomba, niżlu wkoll żewġ bombi oħrajn li ħabtu mal-koppla u baqgħu neżlin f'nofs il-pjazza mingħajr ma splodew. Replika tal-bomba li nifdet il-koppla tqiegħdet fil-knisja bħala tifkira ta' dan l-avveniment.

Il-pjanijiet ta' din il-knisja, li nbniet bejn l-1833 u l-1871 fuq is-sit ta' knisja oħra li kien hemm qabel, ġew iddisinjati minn Giorgio Grognet de Vasse, li bbażahom fuq il-Panteon li hemm f'Ruma.

Attrazzjoni popolari oħra li hemm fil-Mosta hija l-Kappella tal-Isperanza, li tinsab qrib il-Wied tal-Isperanza. Il-leġġenda marbuta magħha tgħid li matul l-invażjoni tat-Torok bejn l-1760 u l-1761, tifla żgħira u ħutha kienu qegħdin jindokraw il-merħla nagħaġ tal-familja. Ħutha rnexxielhom jaħarbu, iżda t-tifla żgħira ma setgħetx tiġri biżżejjed, għalhekk sabet refuġju f'għar fejn talbet lill-Madonna bil-ħniena, li min-naħa tagħha intervjeniet u ħolqot għanqbuta fuq id-daħla tal-għar. L-invażuri Torok ma daħlux ifittxuha fl-għar minħabba li l-għanqbuta kienet għadha intatta.

Jeżistu diversi ħrejjef u leġġendi oħrajn, iżda dawn issir tafhom meta żżur Malta!