The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:21°C L:13°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-Imdina, il-Belt Siekta

Il-Belt Siekta

B'toroq dojoq u ċċangati f'atmosfera misterjuża, l-Imdina tnessik il-preżent billi tieħdok lura fiż-żmien. Il-belt kapitali l-antika ta' Malta kienet magħrufa b'għadd ta' ismijiet differenti abbażi tal-ħakkiema u l-irwol tagħha fuq medda ta' 4,000 sena minn mindu twaqqfet. Hija baqgħet magħrufa l-aktar bħala Citta Notabile (Il-belt nobbli), isem li jixirqilha perfettament minħabba li fiha kienu jgħixu wħud mill-aktar familji nobbli u dinjitużi ta' Malta, li wħud minnhom kienu dixxendenti tas-sidien fewdali Normanni, Sqallin u Spanjoli li ħakmu u għexu fl-Imdina fis-sekli li għaddew.

Waqt dan il-vjaġġ lura fiż-żmien, ser ikollok iċ-ċans li tiskopri taħlita affaxxinanti ta' arkitettura barokka u medjevali fit-toroq mill-aktar imserrpin ta' din il-belt, knejjes imżejnin u ppriservati b'mod meraviljuż, palazzi maestużi u swar li jdawru din il-belt siekta f'mużew fil-beraħ.

Fid-dawl tad-dehra klassika u eterna tagħha, l-entraturi tal-Imdina huma fost l-aktar entraturi impressjonanti għal belt, flimkien ma' dawk li nsibu f'Rodi u Pitigliano. Il-valur tal-Imdina jinsab ukoll fil-fatt li hemm restrizzjoni fuq il-karozzi li jistgħu jidħlu fiha, li twassal biex hija tibqa' belt siekta minħabba l-atmosfera mill-aktar kwieta u kalma tagħha mogħnija b'teżori moħbija li żgur iħajruk tesplorahom bil-faxxinu tagħhom.

L-Imdina, li hija mperrċa fuq medda ta' art 'il fuq minn wiċċ il-baħar, għandha wkoll Katidral li kien ġarrab ħsara estensiva waqt terremot devastanti li kien laqat lill-pajjiż fl-1693 u li kien reġa' nbena minn Lorenzo Gafa’ fl-1702. L-art tal-Katidral hija ċċangata u mżejna b'oqbra tal-irħam li juru dettalji bħall-istemma tal-isqfijiet tal-Imdina u ta' membri sinjifikanti oħrajn tal-Katidral.

Il-belt tal-Imdina, li hija mfawra bil-lussu u n-nobbiltà, toffri lil dawk li jżuruha intuwizzjoni mill-aktar diskreta li ftit nies biss jistgħu jesperjenzaw u jħossu matul ħajjithom. Erġa' lura fiż-żmien u agħmel konoxxenza mill-ġdid ma' belt klassika. L-Imdina tisboq l-immaġinazzjoni ta' dawk kollha li jżuruha minħabba li bħal donnha baqgħet wieqfa fi żmien ta' eleganza u sbuħija eterna.




Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn