L-Istorja tal-Belt Valletta

Il-Belt Valletta u l-istorja tagħha
L-ewwel ġebla ta' dan il-kapolavur tal-era Barokka tqiegħdet mill-Granmastru tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, Jean Parisot de la Valette, fuq il-peniżola Xiberras fl-1566. Il-belt kienet maħsuba biex issaħħaħ l-infrastruttura ta' difiża militari tal-ordni wara r-rebħa mdemmija fuq l-attakki tal-Ottomani matul l-assedju tal-1565.

Il-viżjoni ta' La Valette marret 'lil hinn minn sempliċi fortifikazzjoni. Huwa kellu f'moħħu li l-belt tkun ċentru Ewropew mill-aqwa ta' kultura u kummerċ u, għalkemm huwa miet ftit qabel it-tlestija tagħha, il-belt Valletta għaddiet biex isservi bħala l-belt kapitali sal-lum il-ġurnata, ħafna wara t-tluq tal-Kavallieri fl-1798, meta Napuljun ħataf il-gżira taħt idejh.

Il-belt ġiet iddisinjata mill-arkitett rinomat Taljan Francesco Laparelli, li kien assistent ta' Michaelangelo. Il-kompitu inizjali ta' Laparelli, li ntbagħat mill-Papa Piju V, li wkoll iffinanzja parti mill-kostruzzjoni, kien li jistħarreġ u jħejji rapport dwar l-istat tal-fortifikazzjonijiet attwali tal-gżira wara l-assedju. Ir-rapport tiegħu kien jinkludi rakkomandazzjoni li, minflok jerġgħu jinbnew il-fortifikazzjonijiet eżistenti f'partijiet oħrajn tal-gżira, kien ikun ferm aktar ekonomiku u prattiku li tinbena belt iffortifikata ġdida fuq il-peniżola Xiberras.

Bil-għan li jassiguraw il-finanzjament għal din il-biċċa xogħol enormi, il-Kavallieri għamlu talba lill-qrati Ewropej għal finanzjament. Wara d-difiża erojka u mfaħħra tal-gżejjer minnhom, il-finanzjament seta' jinkiseb faċilment. Għall-bqija tal-Ewropa Kristjana, Malta ffortifikata kif suppost kienet tabilħaqq tfisser ilqugħ ieħor ta' difiża li jsaħħaħ u jħares lill-Punent mill-Ottomani.

Id-disinn ta' Laparelli kien jirrappreżenta tluq sinjifikanti mill-istruttura tradizzjonali ta' belt medjevali. L-għażla tiegħu waqgħet fuq disinn ibbażat fuq gradilja. Is-sistema ta' gradilja pprovdiet ventilazzjoni ġeneruża u żiffa tal-baħar sabiħa lill-belt, li jagħmlu l-ħajja aktar tollerabbli għall-abitanti. Il-belt kellha wkoll ċerti karatteristiċi interessanti, inklużi turġien usa' sabiex jakkomodaw lill-kavallieri u l-korazzi kbar tagħhom.

L-arkitett Malti Ġlormu Cassar qabad id-disinn ta' Laparelli, li kien jinkludi l-fortifikazzjonijiet esterni u s-sistema ta' gradilja li fuqha kienet ser tkun ibbażata l-belt, u kompla bil-kostruzzjoni tal-belt, billi kkonċentra fuq il-binjiet. Wara żjara qasira fl-Italja, Cassar bena għadd ta' binjiet notevoli, inklużi Bereġ għal kull waħda mil-Lingwi tal-ordni. Simili ħafna għall-ambaxxati, il-Bereġ issemmew wara l-Lingwi jew in-nazzjonalitajiet differenti li jsawru l-Ordni u servew bħala dar 'il bogħod mid-dar.





Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!