Il-Palazzi tal-Belt Valletta

Il-Belt Valletta hija belt glorjuża u impressjonanti b'arkitettura rikka. F'kull rokna tagħha, dawk kollha li jżuruha jiltaqgħu wiċċ imb'wiċċ ma' kapolavuri u ġojjelli tal-arkitettura; iżda huma l-palazzi li jgawdu pożizzjoni prominenti f'din il-belt maestuża.

L-aktar magħruf fost dawn il-palazzi huwa l-Palazz tal-Gran Mastru, li ġie ddisinjat mill-arkitett rinomat Malti Ġlormu Cassar. Dan il-palazz lussuż kien jintuża bħala r-residenza uffiċjali tal-Gran Mastri suċċessivi. Illum il-ġurnata, huwa jinkludi l-Kamra tar-Rappreżentanti u l-Uffiċċju tal-President ta' Malta, kif ukoll l-Armerija tal-Palazz, li tikkonsisti f'kollezzjoni unika ta' armi medjevali u lbies ornamentali tal-gwerra.

Il-Berġa ta' Kastilja, li tinsab fuq l-ogħla ponta tal-Belt Valletta qrib id-daħla tagħha, hija bini impressjonanti tal-era Barokka. Dan il-bini, li oriġinarjament kien il-berġa għal-Lingwi ta' Kastilja, León u l-Portugall, issa jservi bħala l-uffiċċju tal-Prim Ministru. Kuntrarju għal palazzi oħrajn li nsibu fil-belt, il-Berġa ta' Kastilja għandha turġien kbar u wesgħin fid-daħla tagħha, li jkomplu jagħtuha dehra imponenti. Il-faċċata sabiħa ta' dan il-bini, li ġiet irrestawrata dan l-aħħar, taqbel mad-dekor Barokk daqstant ieħor impressjonanti li għandha fuq ġewwa.

Il-Berġa ta' Provence, li tinsab fi Triq ir-Repubblika, tospita l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Dan il-bini, li ġie ddisinjat ukoll minn Ġlormu Cassar, għandu struttura impressjonanti li tinkludi Sala kbira u lussuża.

Il-Berġa tal-Italja hija eżempju eċċellenti ieħor ta' berġa li ġiet iddisinjata minn Ġlormu Cassar. Fil-preżent, hija tospita l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u tintuża wkoll għall-esebizzjonijiet. Dan il-bini għandu stemma araldika impressjonanti tal-ġebel fuq il-faċċata tiegħu.

Casa Rocca Piccola hija binja unika, fis-sens li hija proprjetà privata u fiha għadhom jgħixu n-nies. Madankollu, hija tkun miftuħa għall-pubbliku f'ħinijiet speċifiċi matul il-ġurnata. It-tur jinkludi aktar minn 12-il kamra mżejna b'mod lussuż, ġonna mdawrin bil-ħitan u netwerk taħt l-art ta' passaġġi u xelters li kienu jintużaw fi żmien il-gwerra.

Palazzi oħrajn li ċertament ta' min iżurhom jinkludu l-Berġa ta' Aragona, il-Berġa tal-Baviera, Palazzo Ferreria u Palazzo Castellania.



Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!