The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:22°C L:18°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Knejjes fil-Belt Valletta

St JohnIl-Kon-Katidral ta' San Ġwann

Din il-belt eleganti tista' tiftaħar b'numru ta' knejjes sbieħ, li kollha minbarra waħda huma Kattoliċi. L-eċċezzjonijiet huma l-knisja msejħa St Andrews Scots, li hija knisja interdenominazzjonali li tipprovdi servizzi għall-Kristjani b'mod ġenerali u l-Katidral Anglikan ta' San Pawl.

L-aktar knisja famuża tal-Belt Valletta u possibbilment ta' Malta hija l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, li jinsab fil-qalba tal-belt, kantuniera ma' Triq ir-Repubblika. Huwa kien inbena mill-arkitett Malti Ġlormu Cassar għall-Kavallieri ta' San Ġwann bejn l-1573 u l-1578. Il-katidral huwa magħruf għad-dekor affaxxinanti tiegħu minn ġewwa, tipiku tal-perjodu Barokk tard. Il-knisja hija ddekorata b'mod splendidu b'pitturi, skulturi u tapizzeriji ta' artisti famużi bħal Caravaggio u Mattia Preti. Hija għandha wkoll tmien kappelli ddedikati lil-Lingwi differenti tal-Ordni ta' San Ġwann.

Il-Knisja ta' San Franġisk ta' Assisi tinsab fi Triq ir-Repubblika. Dan il-bini storiku, li jmur lura għas-seklu 16, sarlu ħafna restawr. Din il-knisja tospita xogħlijiet artistiċi importanti, inklużi statwi, affreski u pitturi.

Il-Knisja ta' Santu Wistin, li tinsab fi Triq il-Fran, oriġinarjament inbniet minn Ġlormu Cassar. Madankollu, il-knisja reġgħet inbniet fl-1765 minn Giuseppe Bonnici. Il-knisja hija mibnija fil-forma ta' salib Grieg u għandha stil Barokk.

Il-Knisja tal-Madonna tal-Vitorja kienet l-ewwel bini li twaqqaf fil-Belt Valletta. Hija nbniet fuq is-sit fejn kienet saret iċ-ċerimonja reliġjuża tat-tqegħid tal-ewwel ġebla.

Knejjes oħrajn fil-belt jinkludu:

  • Il-Madonna tal-Porto Salvo u San Duminku
  • Il-Madonna tal-Karmnu
  • Santa Katarina tal-Italja
  • Santa Barbara
  • Il-Knisja ta' Ġesù Redentur
  • Il-Madonna ta' Damasku
  • Santa Katarina
  • In-Nawfraġju ta' San Pawl
  • Santu Rokku
  • Santa Luċija
  • Santa Marija ta' Ġesù (il-Knisja ta' Ġieżu)
  • Iċ-Ċirkonċiżjoni ta' Ġesù (il-Knisja tal-Ġiżwiti)
  • Il-Knisja tal-Verġni Mqaddsa
  • Sant'Ursula
  • San Nikola (tal-Erwieħ)
  • Il-Knisja tal-Madonna ta' Liesse
  • Il-Knisja tal-Ħarba tal-Familja Mqaddsa lejn l-Eġittu
  • Il-Madonna ta' Pilar

Matul il-ġimgħa jiġu ċċelebrati bosta quddisiet, iżda l-qofol tas-sena jintlaħaq biċ-ċelebrazzjoni tal-festa relatata mal-knisja partikolari. Pereżempju, il-festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl, li tiġi ċċelebrata fl-10 ta' Frar, tara purċissjonijiet straordinarji u ċelebrazzjoni ġenerali madwar it-toroq tal-Belt Valletta.

Iċċekkja l-ħinijiet tal-quddies fuq is-sit www.quddies.com.mt 




Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn