The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:25°C L:18°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

L-ibburdjar

L-ibburdjar f'Malta

Mixja tul waħda mill-ħafna marinas li hemm imxerrdin madwar ix-xtut ta' Malta u Għawdex malajr turik kemm Malta hija nazzjon tal-ibburdjar. Il-baħar huwa parti integrali mill-identità tal-Gżejjer u ilu hekk għal sekli sħaħ. Illum, l-ibburdjar f'Malta huwa popolari immens, kemm għad-divertiment kif ukoll għall-kompetizzjoni. L-arbli tad-dgħajjes tal-qlugħ jiċċaqilqu b'mod ġentili fiż-żiffa Mediterranja, filwaqt li ringiela wara ringiela ta' pontuni b'bastimenti ta' kull daqs jimlew il-portijiet mill-Imsida sal-Imġarr.

Jekk tixtieq tbaħħar iżda ma għandekx dgħajsa, huwa faċli ħafna li tikri waħda li taħsiblek għall-bżonnijiet kollha.

Ħafna mill-organizzazzjonijiet lokali joffru kemm dgħajjes sempliċi mingħajr ebda tagħmir kif ukoll bastimenti armati b'kollox u misjuqa minn ħaddieħor, li jvarjaw minn dinghies żgħar sa bastimenti kbar li jitilgħu sa 50 pied. Jekk tixtieq tikri dgħajsa għal tmiem il-ġimgħa, allura l-Gżejjer Maltin huma ideali. Il-kosta blatija u b'irdumijiet weqfin jiżvelaw għadd ta' bajjiet u qaliet li mhumiex aċċessibbli minn fuq l-art, xi ħaġa li tagħmel dawn il-postijiet idilliċi relattivament trankwilli anki fl-eqqel tas-Sajf. Il-port tal-Imġarr f'Għawdex għandu ħafna spazju għall-irmiġġ tad-dgħajjes u huwa kenni ħafna. Hawnhekk issib ukoll ristoranti mill-aqwa, kif ukoll ħwienet minn fejn tista' tixtri dawk l-oġġetti li jonqsulek. It-trasport f'Għawdex huwa wkoll effiċjenti ħafna, fejn vjaġġ sal-belt kapitali attiva ta' Victoria tieħu biss ħmistax-il minuta bil-karozza tal-linja mill-port.

Jekk tkun biħsiebek tikri d-dgħajsa għal aktar minn ġimgħa, il-pożizzjoni ta' Malta tagħmilha ideali biex tikkombina tur tal-gżejjer ma' vjaġġ sal-gżira ġara ta' Sqallija, li tinsab biss 180 KM bogħod. Grazzi għall-pożizzjoni eċċellenti tagħha f'nofs il-baħar Mediterran, dawk li huma dilettanti tal-ibburdjar u li għandhom aktar ħin liberu jistgħu jestendu l-vjaġġi tagħhom saħansitra lejn Franza, il-Kroazja jew il-Greċja.

Għall-baħħara li huma aktar kompetittivi, ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) huwa post eċċezzjonali biex issir taf aktar dwar it-tlielaq. Filwaqt li l-biċċa l-kbira ta' dawn il-kompetizzjonijiet ikunu miftuħin biss għall-membri, huwa faċli ħafna li ssir membru. Minbarra t-tlielaq żgħar u l-avvenimenti għall-familja kollha li jiġu organizzati minn żmien għall-ieħor, l-RMYC tospita waħda mill-aktar tlielaq tal-ibburdjar prestiġjużi fid-dinja, dik magħrufa bħala r-Rolex Middle Sea Race. Din it-tellieqa ta' klassi dinjija tattira wħud mill-aqwa jottijiet tat-tlielaq u tgħaddihom minn xenarju eċċitanti u tal-għaġeb madwar il-gżejjer ta'  Lampedusa, Pantelleria, Sqallija, mill-Istrett ta' Messina u lura lejn Malta. Anki jekk ma tipparteċipax, żgur ser issib attività qawwija għaddejja tul is-swar maestużi hekk kif il-flotta tal-jottijiet parteċipanti tħalli l-port.




Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn