The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:32°C L:25°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Il-mixi fil-kampanja

Mixjiet mal-kosta

B'aktar minn 250 km ta' kosta relattivament inabitata u pajsaġġ intern mill-isbaħ tipiku Mediterranju, Malta hija garanzija ta' esperjenza mill-aqwa għal dawk li jħobbu l-mixi. Ma' dawn nistgħu nżidu t-temp sabiħ li jagħmel tul is-sena kollha u l-opportunità mill-aqwa biex tosserva għasafar migratorji, li tabilħaqq huma l-ingredjenti li jkomplu jħawru l-btala tal-mixi tiegħek f'waħda mill-aqwa.

Il-mixjiet mal-kosta jipprovdu lil dawk li jmorru jimxu b'veduti spettakolari u estensivi tal-baħar. Netwerk stabbilit sewwa ta' passaġġi, mogħdijiet u triqat dojoq fil-kampanja jeliminaw il-periklu li tintilef mingħajr ma tiddistratta ruħek mill-avventura. Jekk trid tgawdi n-natura Maltija fl-aqwa tagħha għandek timxi tul il-kosta tal-Punent, li minn Ħad Dingli (fil-Lbiċ) twasslek saċ-Ċirkewwa (fil-Majjistral). Dawk li huma aktar maqtugħa għall-mixi u bi stamina tajba kapaċi jagħmlu dik id-distanza f'ġurnata jew tnejn, iżda idealment il-mixja tinqasam fuq erbat ijiem jew ħamsa, sabiex b'hekk wieħed ikun jista' jesplora l-inħawi f'aktar dettall.

Għawdex huwa post favorit ma' dawk li jħobbu jimxu qalb l-għoljiet, grazzi għall-kampanja mhux mittiefsa mill-progress, konnessjonijiet tat-trasport mill-aqwa u t-terran mimli għoljiet tiegħu. Huwa possibbli li timxi madwar il-kosta tal-gżira fi ftit jiem b'pass diċenti; iżda jekk trid tgawdi u titpaxxa tassew bil-ġmiel tal-kosta, bl-irdumijiet spettakolari fejn ibejtu l-għasafar, il-qaliet dojoq u l-bajjiet tar-ramel, ikun aħjar jekk taqsam il-mixja tiegħek fuq medda ta' ġimgħa. F'Għawdex, l-akkomodazzjoni hija abbundanti u għall-gosti u l-but ta' kulħadd, għalhekk, jekk tagħżel li tqatta' ġimgħa hemmhekk, ċertament tkun tista' tesplora l-inħawi b'mod sħiħ mingħajr ma taħli ħafna ħin tivvjaġġa. 

Il-mixjiet fil-qalba ta' Għawdex jipprovdu xenarju mill-aqwa, kif ukoll irħula affaxxinanti x'tiskopri. L-Għarb u l-Għasri, Kerċem, il-Qala u Għajnsielem huma biss uħud mill-irħula pittoreski li jistgħu jintlaħqu bil-mixi mill-belt kapitali Victoria.

Il-ħarifa, ix-xitwa u r-rebbiegħa huma l-aktar żminijiet popolari tas-sena għal dawk li jħobbu l-mixi fil-kampanja, grazzi għall-klima moderata u pjaċevoli li joffru. Madankollu, iż-żona msaġġra tal-Buskett, li oriġinarjament kienet post fejn il-Kavallieri ta' Malta kienu jipprattikaw id-delizzju tal-kaċċa, tipprovdi ħafna dell kenni, anki fl-aktar jiem sħan tas-sajf. Jekk inti persuna li tħobb tbakkar, ma hemm xejn aħjar minn mixja filgħodu kmieni tul il-mogħdijiet twal ta' dawn il-ġonna sbieħ u storiċi. Hawnhekk ikollok iċ-ċans kollu li tinnamra man-natura fl-aqwa tagħha!










Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn