Paceville u San Ġiljan

It-toroq mimlijin attività ta' Paceville

Ir-raħal pittoresk ta' San Ġiljan qatt ma jieqaf. Filgħodu, l-istudenti li jiġu jitgħallmu l-lingwa Ingliża jintefgħu jirrilassaw f'xi wieħed mill-ħafna kafetteriji qabel imorru għal-lezzjonijiet tagħhom, filwaqt li ħafna nies oħrajn jerħulha lejn il-bajja ramlija ta' San Ġorġ. Wara nofsinhar, ir-ristoranti ta' madwar il-kosta u tat-triq prinċipali jkunu mimlijin bil-klijenti jieħdu xi pizza u tazza nbid, jew inkella jieklu xi ftira tipika Maltija (biċċa ħobż tqarmeċ mimlija bit-tadam, żejt taż-żebbuġa u ingredjenti delizzjużi oħrajn) b'saqajhom iċafċfu fil-baħar. Bil-lejl imbagħad iġib miegħu xalaturi ta' kull età li jfittxu d-divertiment tagħhom fil-ħwienet tax-xorb, id-diskoteki, iċ-ċinemas u postijiet oħrajn fiż-żona magħrufa bħala Paceville.

San Ġiljan u l-bajja famuża tiegħu ta' Spinola huma mill-aktar pittoreski. Matul il-ġurnata, dan il-villaġġ tas-sajd antik jipprovdi sfond spettakolari għal kull min irid iqatta' ġurnata jesplora. Il-Bajja ta' Spinola, bid-dgħajjes tas-sajd tagħha, is-sajjieda jsewwu x-xbieki u l-veduti spettakolari li toffri, hija ideali għal passiġġata max-xatt. Kun żgur li żżur il-palazz u l-ġonna ta' madwaru. Filwaqt li l-palazz huwa magħluq għall-pubbliku, il-ġonna mhumiex u dawn jipprovdu waqfa ta' mistrieħ eċċellenti wara passiġġata trankwilla. Il-linja tal-kosta tipprovdi numru ta' alternattivi għall-għawm, mill-kosta bil-blat ta' St. Andrews b'baħar miftuħ, sal-bajja ramlija ta' San Ġorġ. Barra minn hekk, id-diversi lukandi li hemm tul il-kosta għandhom ukoll il-pixxini privati u moderni tagħhom – li kollha joffru l-possibbiltà ta' sħubija għal ġurnata.

Ma għandniex xi ngħidu, din il-lokalità taħseb ukoll għal dawk li jħobbu x-xiri, billi għandha kumpless kbir tax-xiri u ħafna ħwienet żgħar oħrajn tul it-triq prinċipali. Il-Maltin huma konxji mill-moda u, għalhekk, f'dawn il-ħwienet, wieħed jista' jsib bosta ditti internazzjonali. Il-prezzijiet jikkomparaw tajjeb mal-bqija tal-Ewropa u, meta tmur għal ċerti ħwejjeġ, issib li l-Euros iservuk aktar f'Malta milli f'destinazzjonijiet oħrajn li huma aktar prominenti mat-turisti.

Mixja filgħaxija hija l-aqwa mod kif tassorbi l-atmosfera li għandhom x'joffru dan ir-raħal u l-inħawi tal-madwar. Hawnhekk ser tiltaqa' ma' għadd kbir ta' Maltin, imbiddlin f'ilbies eleganti, fi triqithom għal xi ikla tajba jew biex jaraw xi film fiċ-ċinema. Tiddejjaqx taqbad konverżazzjoni ma' xi abitant tal-post - kemm jekk tistaqsi għad-direzzjoni jew jekk titlob rakkomandazzjoni għal xi ristorant tajjeb, il-biċċa l-kbira tal-Maltin ikunu aktar minn kuntenti li jgħinuk - ngħiduha kif inhi, min jaf ir-ristoranti lokali aħjar mill-abitanti tal-post infushom? Grazzi għax-xtiewi eċċezzjonalment moderati ta' Malta, il-mixjiet tiegħek tul il-promenade diffiċli jitħassru mill-maltemp, anki fl-eqqel tax-xitwa. Fil-fatt, huma ħafna li jippreferu dan iż-żmien tas-sena għal passiġġata biż-żiffa għall-ħoss tal-mewġ jitkisser mal-blat.

Jekk dan ir-raħal ikun attiv matul il-ġurnata, huwa bil-lejl meta San Ġiljan tassew jieħu l-ħajja. Paceville, li huwa l-mekka tad-divertiment f'Malta, huwa miżgħud bil-ħwienet tax-xorb u d-diskoteki, li jiġu ffrekwentati minn folol kbar ta' nies. F'ħafna minn dawn il-postijiet imsemmija jdoqqu DJs ta' klassi dinjija, għalhekk, dawk li jħobbu l-mużika ta' kull ġeneru żgur ser isibu xi mkien li jgħodd għalihom. Għal dawk li lesti jilagħbu flushom, hemm ukoll wieħed mill-aqwa każinos ta' Malta f'palazz tas-seklu dsatax mibni fuq peniżola li tħares lejn il-Bajja ta' San Ġorġ u lejn tas-Sliema.

Ladarba huwa villaġġ tas-sajd, bir-raġun kollu wieħed jistenna li għandu jsib diversi ristoranti tajbin li jservu ħut u frott tal-baħar frisk - San Ġiljan żgur ma jiddiżappuntax f'dan ir-rigward. Kemm jekk sempliċiment platt lampuki (Dolphin fish), li hija ħuta favorita mal-Maltin, f'wieħed mill-ħafna ristoranti żgħar li hemm tul il-kosta, jew platt ħut aktar raffinat f'ristorant ifjen, ikkomplimentat b'wejters lebsin iċ-ċoff u b'veduta spettakolari ta' nżul ix-xemx fuq il-Baħar Mediterran, hemm għażla wiesgħa għall-but ta' kulħadd.

Fl-aħħarnett, għal dawk li jippreferu divertiment aktar konvenzjonali, l-għażliet ta' din il-lokalità jinkludu Ċinema b'sittax-il teatru, korsija tal-bowling, ċentru għall-għaddasa u l-faċilità ta' kiri tad-dgħajjes.





Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!