Avvenimenti Mużikali

Malta music eventsIl-Malta Jazz Festival
X'jonqos mal-logħob tan-nar, iż-żiffa sħuna tal-Mediterran, l-ikel tajjeb u l-ħbieb tal-qalb? Il-mużika live – u din mhijiex nieqsa f'Malta.

Il-Gżejjer jospitaw numru ta' avvenimenti lokali u internazzjonali matul is-sena u hija n-norma li dawn l-avvenimenti jiġu organizzati fi wħud mill-aktar postijiet spettakolari immaġinabbli. Kemm jekk tħobb il-ħoss melliesi tal-Jazz, ir-ritmi qawwija tal-mużika dance fil-quċċata taċ-ċarts jew l-arranġamenti kumplessi tal-barokk klassiku, tista' sserraħ moħħok li hemm avveniment mużikali għalik.

It-tliet avvenimenti mużikali prinċipali ta' Malta jinkludu l-Malta Jazz Festival, l-Isle of MTV u l-BOV Opera Festival:

  • Il-Malta Jazz Festival huwa avveniment annwali li jlaqqa' wħud mill-aqwa ismijiet fil-jazz kontemporanju. Il-festival isir f'Ta’ Liesse fil-Belt Valletta – ambjent spettakolari b'veduti tal-port, inkluża l-Forti maestuża ta' Sant'Anġlu. Jekk trid tagħmel is-serata saħansitra aktar speċjali, aqbad id-dgħajsa biex tmur il-festival. Artisti li daqqew fil-passat kienu jinkludu Al Di Meola, Chick Corea, Dave Holland u ħafna oħrajn.
  • L-Isle of MTV: X'għandhom komuni Snoop Dogg, Flo Rida, Nelly Furtado, LMFAO u Will.i.am? Ilkoll allegraw bil-mużika tagħhom lill-folol kbar li attendew iċ-ċelebrazzjoni annwali tal-Isle of MTV fuq il-fosos tal-Furjana, ftit 'il barra mill-belt kapitali Valletta. Kull sena tinġabar folla ta' aktar minn 50,000 ruħ jgħajtu u jwerżqu biex jilqgħu liċ-ċelebritajiet tal-mużika internazzjonali, u l-formazzjoni tal-kantanti qiegħda titjieb kull sena.
  • Il-BOV Opera Festival huwa avveniment annwali ieħor li jiġi organizzat f'Marzu u li jospita wħud mill-aktar produzzjonijiet operistiċi popolari. Dan il-festival jittella' f'wieħed mill-ġojjelli arkitettorali ta' Malta – it-teatru Manoel. L-avvenimenti tal-passat kienu jinkludu xogħlijiet bħall-kapolavur 'Lucia Di Lammermoor' ta' Gaetano Donizetti.

Jekk ikollok ċans, titlifx il-kunċert mogħti mit-tenur Malti ta' fama dinjija – Joseph Calleja. Dan il-fenomenu żgħażugħ rebaħ rikonoxximent wara ieħor, irċieva tifħir kbir mill-kritiċi u ġie deskritt bħala l-aqwa tenur tad-dinja. Il-kunċerti lokali tiegħu ta' spiss ikunu jinkludu taħlita varjata ta' ċelebritajiet kontemporanji bħall-mibki Lucio Dalla u Michael Bolton.

Matul is-sena (għalkemm l-aktar fix-xhur tas-sajf), Malta tospita ċelebritajiet tal-mużika internazzjonali ta' kull ġeneru. Kunċerti li saru fil-passat kienu jinkludu ismijiet kbar bħal Brian Adams, Rod Stewart, Sting, Ronan Keating, Elton John u aktar.

Fl-aħħarnett, għal dawk li jħobbu mużika aktar tradizzjonali, il-festi ta' Malta, li jsiru regolarment matul ix-xhur sħan tas-sajf, dejjem jinkludu d-daqq tal-marċi mill-banda u spettakli minn mużiċisti lokali. Ħafna mill-biċċiet mużikali li jindaqqu jkunu kompożizzjonijiet minn surmastrijiet lokali.






Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!