Clubbing u Parties

Parties fis-Sajf f'Malta
Meta niġu għall-klabbs u d-diskoteki, Malta taħseb għall-gosti u l-livell ta' enerġija ta' kulħadd.

Minn klabbs tal-jazz fil-qalba ta' Paceville sa diskoteki tal-mużika dance f'postijiet aktar remoti fil-pajjiż, dawk li jħobbu jiddevertu fit-tard għandhom ħafna minn fejn jagħżlu. Grazzi għad-diskoteki mill-aqwa li għandha u d-DJs ta' klassi dinjija li jdoqqu fihom, Malta tattira folol kbar li jiffrekwentaw il-klabbs. B'riżultat tal-iljieli Mediterranji sħan, ħafna minn dawn il-parties isiru fil-beraħ.

Il-maġġoranza vasta tad-diskoteki ta' Malta jinsabu f'San Ġiljan. Hawnhekk, dawk li jħobbu jiddevertu u jixxalaw jistgħu jagħżlu minn diskoteki li huma kbar biżżejjed biex jikkompetu ma' kwalunkwe diskoteka oħra li nsibu fi bliet Ewropej akbar b'dance floors kbar u multipli, sistemi ta' ħsejjes tal-aħħar teknoloġija u l-aktar folla entużjasta ta' clubbers immaġinabbli.

Ir-Rabat joffri għadd ta' alternattivi, inkluż kumpless kbir ħafna fil-beraħ b'bosta diskoteki differenti, ristoranti u pixxini tal-għawm, kollha taħt is-swar maestużi u mixgħulin tal-Imdina

Possibbilment l-akbar ċelebrazzjoni tas-sena hija l-festival annwali tal-Isle of MTV, li jiġi organizzat fis-Sajf fil-Furjana. Din iċ-ċelebrazzjoni tlaqqa' fuq palk wieħed uħud mill-aktar artisti mużikali popolari fil-mument u dejjem tattira folla enormi ta' Maltin u barranin. 





Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!