Tidwiq tal-Inbid

wine tasting in MaltaIt-tidwiq tal-inbid f'Malta

Ivvjaġġajt ħafna u tħossok xi ftit għajjien. Mort Bordeaux, rajt ir-raba' tad-dwieli li hemm fit-Toskana u doqt ir-Rioja mir-reġjun ta' Rhône Valley. Kif jista' dan il-pajjiż ta' ftit aktar minn 300 kilometru kwadru jipproduċi xi ħaġa differenti u ta' interess?

Xi tgħid dwar żewġ varjetajiet ta' għenbiet indiġeni (il-Ġellewża u l-Girgentina), inbid bil-gass prodott fil-Methode Traditionnelle, tużżani ta' nbejjed D.O.K. (inbejjed ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifikati kif definit mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea) u aktar minn 2000 sena ta' storja tal-produzzjoni tal-inbid?

L-inbid huwa parti integrali mill-kultura Maltija. Ebda ikla ma tkun kompleta mingħajr flixkun inbid lokali. Huwa interessanti nsemmu li, filwaqt li l-industrija tal-inbid lokali kellha kompetizzjoni ġdida u qawwija mill-inbejjed li bdew jiġu importati minn mindu tneħħew it-taxxi fuqhom fl-2004 – l-industrija mmodernizzat malajr u daħlet f'innovazzjoni kontinwa sabiex tipprovdi prodott kompetittiv ta' klassi dinjija.

Ħafna mill-produtturi prominenti tal-inbejjed f'Malta joffru l-possibbiltà ta' żjara fil-kantini tal-inbid tagħhom, li normalment tkun tinkludi gwida li tispjega l-istorja ta' dak il-produttur tal-inbid u l-inbejjed differenti li jiġu offruti, ikel u, ovvjament, l-opportunità li dawk preżenti jduqu nbejjed mill-aqwa.

  • Il-kumpanija Marsovin toffri l-opportunità ta' żjara fil-kantini tagħha u li dawk preżenti jduqu l-inbejjed li tipproduċi. Il-kantini fejn jaħżnu l-inbejjed tagħhom huma fost l-eqdem u l-aktar interessanti, tant li jmorru lura għal aktar minn 400 sena, sal-perjodu tal-ħakma tal-Kavallieri ta' San Ġwann.
  • L-għażla vasta ta' nbejjed D.O.K. u I.Ġ.T. tal-kumpanija Delicata hija mfittxija ħafna mill-familji Maltin. Din il-kumpanija li tipproduċi l-inbejjed tiftaħar bil-kantini ferm antiki tagħha, li għandhom btieti tal-ballut impressjonanti ta' oriġini Franċiża u Amerikana għall-ħażna u l-maturazzjoni tal-inbid.
  • Meridiana hija waħda mill-kumpaniji iżgħar li jipproduċu l-inbid f'Malta, iżda grazzi għall-konċentrazzjoni metikoluża tagħha fuq il-kwalità tal-prodott finali tista' tikkompeti mal-aqwa produtturi tal-inbid f'dawn il-gżejjer. Il-pubbliku jista' jżur il-kantini u l-għelieqi tad-dwieli tagħha, kif ukoll iduq l-inbejjed li tipproduċi, għal miżata nominali.

Mhuwiex probabbli li tara xi wieħed jew uħud minn dawn l-inbejjed Maltin uniċi fuq l-ixkafef tal-ħwienet tal-inbid lokali tiegħek bejn in-Nappa Valleys u l-Bordeaux, iżda mill-banda l-oħra, l-aqwa affarijiet fil-ħajja huma dejjem aktar diffiċli biex takkwistahom - raġuni aktar u aktar valida biex taħsiblu waqt li tkun hawnhekk u tixtri erba' fliexken għal miegħek.





Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!