The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:31°C L:23°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Ikel Tradizzjonali

Ikel tradizzjonali Malti
F'Malta hemm ħafna postijiet fejn tista' tmur tiekol, iżda t-turisti għaqlin ikunu jridu jfittxu dawk il-postijiet li jservu ikel aktar tradizzjonali. Hija parti mill-esperjenza profonda li jfittxu l-biċċa l-kbira tal-vjaġġaturi li jridu jagħmlu l-aqwa mill-btala tagħhom.

Allura x'għandek tfittex jekk tassew trid tesperjenza l-kċina Maltija? Hemm żewġ modi differenti kif tista' dduq u tgawdi l-ikel Malti awtentiku:

L-ikel Tradizzjonali

Dan huwa l-ikel li ħafna jassoċjaw faċilment ma' Malta. Fil-fatt, ħafna minnu għadu jittiekel fid-djar Maltin b'mod pjuttost regolari. Il-biċċa l-kbira ta' dawn ir-riċetti ma jiswewx ħafna flus, riflessjoni taż-żminijiet diffiċli li għaddew minnhom in-nies ta' dawn il-gżejjer. Iżda l-kapaċità tal-kok Malti li jħawwar l-ikel u joħroġ l-aqwa togħma mill-aktar qatgħat ta' laħam ordinarji hija xi ħaġa fenomenali. Dan, flimkien mal-użu tal-aktar ingredjenti friski immaġinabbli, jagħmel l-ikel Malti ferm appetituż u li żgur iħajrek biex idduqu. Dawn huma xi eżempji ta' ikel li għandek tfittex:
  • Stuffat: Litteralment stuffat. Ir-riċetti tal-istuffat Malti huma rikki ħafna u kważi dejjem ikunu bbażati fuq it-tadam. Għall-istuffat tal-laħam, bl-aktar popolari jkun dak tal-majjal, tintuża l-aktar varjetà lokali bnina. Iżda jekk trid idduq xi ħaġa differenti, ipprova l-Istuffat tal-Qarnit – hija taħlita ta' ingredjenti b'zalza mill-aktar bnina u mħawwra, fejn il-qarnita tissajjar stuffat ma' ħxejjex bħal patata u bużbież.

  • Torti: It-torti Maltin jiġu servuti f'ħafna ristoranti u ħwienet oħrajn tal-ikel. Il-varjetajiet moderni jinkludu kull xorta ta' mili, iżda l-aktar torta tradizzjonali tkun mimlija b'taħlita ta' rkotta, bajd u tursin. Xi drabi jiżdiedu wkoll biċċiet tal-bejken Malti, piżelli jew ful, prodott agrikolu tant popolari fil-kċina lokali (disponibbli biss fir-rebbiegħa).

  • Timpana: Kuntrarju għal kwalunkwe platt ikel li qatt doqt, it-timpana hija mqarrun imħallat b'zalza tal-laħam u miksi bl-għaġina li jissajjar fil-forn. Minkejja li tinstema' ikla tqila, ftit huma dawk li xi darba daquha u ma reġgħux fittxewha. Kull familja għandha l-ingredjenti sigrieti tagħha li żżid mar-riċetta standard, inkluż fwied, il-moħħ tal-għoġol, brunġiel moqli, bexamel jew bajd iebes.
  • Fenek: Il-fenek ilu jittiekel fil-gżejjer Maltin sekli sħaħ. Jekk tordna dan il-platt f'ristorant, kun żgur li jintuża l-fenek lokali - il-laħam tiegħu huwa aktar tari, filwaqt li t-togħma tiegħu hija ferm aktar qawwija mill-varjetajiet li jiġu importati. Il-Maltin iservu l-fenek kemm moqli kif ukoll stuffat, iżda ingredjent komuni fiż-żewġ verżjonijiet huwa t-tewm, li jintuża fi proporzjonijiet kbar - għalhekk, ma għandniex xi ngħidu, dan żgur mhuwiex platt ikel li għandek tordna meta toħroġ ma' xi ħadd għall-ewwel darba! Tradizzjonalment, il-fenek jisserva bil-patata mixwija l-forn jew moqlija (chips) u insalata ħafifa.

  • Pastizzi (cheese cakes)
  • Ravjul: Ir-ravjul Malti huwa simili għal dak li jippreparaw u jservu fl-Italja. Id-differenza tinsab fl-użu tal-ġbejna tipika Għawdxija (magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż). Iz-zalza tat-tadam li titferrex fuq dan ir-ravjul tkun magħmula minn varjetà lokali ta' tadam ħamrani, magħruf bħala żenguli, li jissajjar f'ħafna tewm lokali frisk u b'togħma qawwija.

  • Il-kċina Maltija għandha wkoll riċetti oħrajn, inkluż il-Ħobż biż-żejt – ħobż midluk bit-tadam u ż-żejt taż-żebbuġa. Ir-ross fil-forn huwa riċetta ta' ross imħallat b'zalza tal-laħam u moħmi fil-forn. Il-pastizzi huma għaġina delizzjuża mimlija bl-irkotta jew il-piżelli. Sopop bħall-minestra u s-soppa tal-armla huma bbażati fuq il-ħaxix, b'din tal-aħħar tinkludi wkoll il-ġbejniet u l-irkotta.

  • L-irkotta sikwit tintuża wkoll għar-riċetti tal-ħelu. Ipprova l-Kannoli – bħal dawk li jsiru fi Sqallija, dawn huma bħal tubi tal-għaġina moqlijin fiż-żejt u mimlijin bl-irkotta u l-konfettura. Il-qagħaq tal-għasel huwa ċirku magħmul mill-għaġina mimli b'taħlita ta' għasel iswed. Il-prinjolata hija kejk tradizzjonali li jittiekel fi żmien il-karnival u li jkun magħmul minn spanġ miksi bil-ġelu u l-konfettura. Fl-aħħarnett, il-figolli huma tip ta' ħelu li jissajjar fi żmien l-Għid il-Kbir fil-forma ta' għaġina tal-lewż mimlija bil-marżipan u mżejna bil-ġelu.


Ikel inqas magħruf

Aktar ma l-vjaġġatur ikun avventuruż, aktar ikun diffiċli għalih biex irażżan il-leblieba tiegħu għal esperjenzi kulinarji tassew uniċi. Huma dawn il-platti mhux tas-soltu u dawk inqas magħrufa li jappellaw l-aktar għal dan it-tip ta' vjaġġatur. Jekk titħajjar idduq xi ħaġa differenti, ipprova wħud minn dawn il-platti:

  • Sfineġ – dawn il-blalen tal-għaġina moqlijin f'ħafna żejt ikunu mimlijin b'ammont żgħir ta' inċova jew merluzz imnixxef. Huma delizzjużi u rħas, allura tista' tixtri aktar minn waħda (jew tnejn).

  • Kirxa – f'Malta, il-kirxa normalment tiġi servuta bħala stuffat mal-ħaxix, bħall-famuża trippa fiorentina.

  • Bebbux – l-istess kif isir fi Franza, il-bebbux fl-istil Malti jiġi servut f'zalza bbażata fuq it-tewm. Kun żgur li jkollok abbundanza ta' ħobż tal-Malti biex tkun tista' tbillu fiz-zalza.

  • Laħam taz-ziemel – il-laħam taż-żiemel dan l-aħħar reġa' beda jikseb popolarità. Huwa għandu togħma qawwija u, jekk jissajjar kif suppost, huwa tari daqs kwalunkwe qatgħa ta' laħam oħra.

  • Bakkaljaw – il-bakkaljaw imnixxef u mmellaħ huwa popolari madwar il-Mediterran kollu, għalkemm l-istokkijiet dejjem jonqsu tal-merluzz qegħdin jagħmluha aktar diffiċli biex jinstab. Il-Maltin għandhom numru ta' riċetti kif jippreparaw il-bakkaljaw immellaħ, inkluż bħala stuffat, f'zalza bajda magħquda u fl-isfineġ (ara fuq).

  • Fritturi tal-moħħ – fritturi magħmula mill-moħħ tal-għoġol jew tal-ħaruf. Għal dawk li huma aktar avventurużi, il-fritturi tal-moħħ huma rivelazzjoni kulinarja – dawn ikollhom togħma qawwija u kremuża li kważi tixbah lill-prodotti magħmula mill-ħalib. Ir-riċetta Maltija tinkludi bajd, tewm u tursin. Nissuġġeruhom biss għall-gastronomi veri (u ż-żombi).







Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn