Avvenimenti u Festivals tal-Ikel

food festival in MaltaFestival tradizzjonali tal-ikel Malti

L-ikel igawdi post prominenti ħafna fis-soċjetà Maltija. Għal xi wħud, l-ikel iservi biss biex sempliċiment jaqta' l-ġuħ, iżda għall-maġġoranza tan-nies huwa mod kif jiltaqgħu flimkien bħala komunità u jiċċelebraw l-affarijiet li jgħaqqduhom. Ovvjament, huwa wkoll mod kif in-nies jissodisfaw il-palat tagħhom b'ikel mill-aktar delizzjuż. Allura, liema huma l-aqwa avvenimenti li tista' żżur biex idduq ftit ikel tajjeb?

L-Imnarja jew il-festa ta' San Pietru u San Pawl, hija waħda mill-aktar ċelebrazzjonijiet għal qalb il-Maltin. Żur il-Buskett – wieħed mill-isbaħ postijiet imsaġġra tal-gżira - u dur dawra tajba mad-diversi gabbani tal-ikel, li joffru kull xorta ta' ikel lokali, speċjalment il-fenek. Il-festa tinkludi wkoll diversi bdiewa u produtturi żgħar li joffru u jbiegħu l-prodotti manifatturati u kkultivati minnhom stess.

Il-Festival taċ-Ċikkulata fil-Ħamrun: It-titlu jitkellem waħdu - mur il-Ħamrun u kul iċ-ċikkulata! Il-Festival taċ-Ċikkulata fil-Ħamrun, li huwa avveniment relattivament ġdid, diġà kiseb popolarità kbira lokalment. Dawk li jħobbu dak kollu li huwa artistiku jistgħu jitpaxxew bl-iskulturi professjonali magħmula miċ-ċikkulata mill-kokijiet ewlenin tal-pajjiż; dawk li jħobbu jikkompetu jistgħu jieħdu sehem f'kompetizzjoni ta' kejk taċ-ċikkulata; filwaqt li l-bqija jistgħu sempliċiment jinfexxu jduqu l-firxa kbira ta' ħlewwiet li mhux biss jaqsmulek qalbek bir-riħa tfuħ tagħhom, iżda wkoll jissodisfawk bil-benna tagħhom.

Il-Birgufest: Il-qofol tal-Birgufest mhuwiex l-ikel, iżda l-ikel huwa wkoll parti kbira minn din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa. Għal żewġt iljieli sħaħ, f'din il-belt medjevali inkredibbli, id-dawl tal-elettriku jċedi postu għad-dawl tax-xemgħa, li ma għandniex xi ngħidu, joffri ambjent mill-aktar romantiku. L-atmosfera tkun waħda akkoljenti u attiva ħafna – il-mużewijiet u postijiet pubbliċi oħrajn jibqgħu miftuħin sa tard, ikun hemm mużika diretta fil-pjazza u l-aktar importanti fost kollox – abbundanza ta' ikel. Mhux kwalunkwe ikel, nagħmluha ċara – hawn jiġi servut ikel Malti purament tradizzjonali, inkluż majjal sħiħ mixwi, il-kirxa, it-timpana (imqarrun biz-zalza tal-laħam miksi bl-għaġina fil-wiċċ) u ħafna aktar.

Il-Festival tal-Ħobż f'Ħal Qormi: Dan huwa avveniment ieħor li żdied dan l-aħħar fil-kalendarju kulinarju. Kull sena, il-poplu ta' Ħal Qormi joħroġ bi ħġaru jiċċelebra dak li ħafna Maltin ma joqogħdux mingħajru – il-ħobż – u huwa fatt magħruf li ħadd ma jaħmi l-ħobż bħall-Qriema. Ara lill-furnara jagħmlu l-preparazzjoni tagħhom u jaħmu l-ħobż fi fran tradizzjonali tal-ħatab u, ovvjament, duq il-ħobż sħun u jqarmeċ li huma tant magħrufin għalih in-nies ta' din il-lokalità.

Farsons Great Beer Festival: Dan l-avveniment annwali li jiġi organizzat mill-akbar birrerija f'Malta, Simonds Farsons Cisk plc, huwa xalata għal dawk kollha li jħobbu l-birra u l-ikel. Hawnhekk issib varjetà ta' ikel tradizzjonali, kif ukoll ikel internazzjonali/etniku ta' malajr, u b'tużżani ta' stands tal-birra armati fil-post, żgur ser ikun hemm biżżejjed biex tbill griżmejk.

Il-Festa Frawli: Il-festival tal-frawli li jittella' fl-Imġarr jara dan ir-raħal agrikolu żgħir fit-tramuntana tal-gżira miżgħud b'eluf ta' nies li jattendu għalih bi ħġarhom. L-attrazzjonijiet ewlenin jinkludu tentattivi ta' ksur tar-rekord għall-akbar kejk tal-frawli fid-dinja, bosta stands tal-ikel li jbiegħu ħlewwiet u ikel delizzjuż ieħor ibbażat fuq il-frawli u, ovvjament, ħafna u ħafna frawli friski.







Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!