The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:33°C L:23°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

It-Tempji ta' Malta u Għawdex

It-Tempji ta' Malta u Għawdex

F'dak li għandu x'jaqsam mal-qima reliġjuża, Malta ma tagħmilx kompromessi. Dan in-nazzjon bi predominanza Kattolika għandu xejn inqas minn 350 knisja fi spazju ta' 316-il kilometru kwadru – li ħafna minnhom huma xogħlijiet artistiċi ta' arkitettura fl-aqwa tagħha. Madankollu, ferm qabel id-dominanza tar-reliġjon Kattolika Rumana, in-nies tal-lokal bnew tempji daqstant ieħor impressjonanti, katakombi u strutturi sagri oħrajn. 


Uħud minn dawn it-tempji Megalitiċi, li jimlewk b'sens ta' riverenza, għandhom aktar minn 7000 sena. Malta hija tabilħaqq ġenna pre-istorika. Dan mhux biss minħabba l-għadd ta' strutturi impressjonanti li għadhom intatti u li huma miftuħin għall-pubbliku, iżda wkoll għall-fatt li, minħabba d-daqs żgħir tal-gżira, it-tempji jinsabu inqas minn 30 minuta ta' sewqan bogħod minn xulxin. It-tempji prinċipali huma sitta b'kollox, li lkoll huma siti ta' wirt dinji tal-UNESCO.

It-Tempji tal-Ġgantija
Litteralment ‘Ġganteski’, it-tempji tal-Ġgantija jinsabu fil-gżira ta' Għawdex. Dawn l-istrutturi Neolitiċi affaxxinanti jmorru lura għal qabel il-piramidi Eġizzjani. Is-sit jikkonsisti minn żewġ tempji mdawwrin b'ħajt fuq barra. Id-daqs impressjonanti tagħhom għandu jimpressjona wisq aktar minħabba l-fatt li t-tempji nbnew qabel l-invenzjoni tar-rota. Jidher li ħafna mill-ħaġar kbir inġarr għal fuq il-post bl-użu ta' ġebliet sferiċi li servew bħala rombli. L-arkeologi sabu evidenza ta' sagrifiċċji bl-annimali u ta' altari li kienu jintużaw għall-qima lill-allat.

Ta’ Ħaġrat
Dawn it-tempji, li jinsabu ftit 'il barra mill-villaġġ tal-Imġarr, huma fost l-eqdem u l-aktar ippriservati f'Malta. Bħal ħafna tempji Megalitiċi oħrajn, dawk f'Ta’ Ħaġrat għandhom faċċata impressjonanti b'ħaġar ta' daqs kolossali li joħloq bieb kbir.

Ħaġar Qim
L-istrutturi tat-tempji f'Ħaġar Qim huma fost l-aktar magħrufa. Is-sit ta' dawn it-tempji pprovda skoperti impressjonanti, inklużi statwi u fdalijiet imnaqqxin li jirrappreżentaw verżjoni Maltija tal-alla tal-fertilità – mara pjuttost imdaqqsa magħrufa bħala l-Venere ta' Malta.

L-Imnajdra
Il-kumpless tat-tempji fl-Imnajdra jinsab inqas minn kilometru bogħod minn Ħaġar Qim. Bħal ħafna tempji oħrajn, il-kontorn ta' dan it-tempju għandu għamla ta' werqa tas-silla. Din l-għamla, flimkien mal-pożizzjoni tiegħu, x'aktarx li kellhom sinjifikat astronomiku, billi possibbilment kienu jissuġġerixxu meta għandhom jibdew il-preparamenti għall-ħsad jew biex isiru s-sagrifiċċji (fil-fatt, mis-sit ġew skavati għadam u għodod li kienu jintużaw għas-sagrifiċċji).

It-Tempji ta' Ħal Tarxien
Uħud mill-aktar xogħlijiet tal-ġebel interessanti u sbieħ jinstabu f'dawn it-tempji. Filwaqt li l-istrutturi huma imponenti u impressjonanti daqs tempji oħrajn, huma r-rinforzi u l-ġebel imnaqqax li jispikkaw u li jagħmlu dan is-sit differenti mill-bqija. Kull min iżur dan is-sit jista' jara disinji spirali skolpiti fil-ħaġar, kif ukoll stampi ta' mogħoż, imtaten, barrin u ħnieżer fir-rinforzi.

It-Tempji ta' Skorba
Dan is-sit, li jinsab fil-limiti taż-Żebbiegħ, mhuwiex neċessarjament l-aktar wieħed ippriservat mit-tempji Maltin. Madankollu, il-kostruzzjoni tiegħu tirrappreżenta ħila inkredibbli - l-eqreb sors ta' ġebla tal-franka jinsab aktar minn mil bogħod mis-sit. Meta wieħed iqis li l-ġebel użat fil-kostruzzjoni ta' dan it-tempju jiżen aktar minn tunnellata, il-kostruzzjoni tiegħu, li tmur lura għal aktar minn 3000 sena qabel Kristu, tista' tiġi deskritta biss bħala prova tal-ħila u l-inġenjożità tal-bniedem tal-qedem.








Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn