The airline of the Maltese Islands
X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:31°C L:23°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Mużewijiet madwar il-Gżejjer

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti

 

Ebda żjara f’Malta ma tkun kompluta jekk wieħed ma jesperjenzax il-kultura u l-istorja inkredibbilment għonja li għandhom x'joffru l-Gżejjer. L-għażla tal-mużewijiet offruti tkopri perjodu ta’ aktar minn 7,000 sena – din hija xi ħaġa straordinarja. Il-maġġoranza tal-mużewijiet jinsabu fil-Belt Valletta u jkopru affarijiet bħall-istorja naturali u l-arti, iżda madwar il-Gżejjer tista’ ssib ukoll mużewijiet oħrajn li għandhom il-karatteristiċi uniċi tagħhom, inkluż mużew tal-ġugarelli fix-Xagħra, Għawdex.

Il-Belt Valletta hija post ideali għal dawk kollha entużjasti għall-istorja, billi tospita wħud mill-aqwa mużewijiet tan-nazzjon, kollha f’distanza qasira bil-mixi.

 

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti
Dan il-mużew, li jinsab fi Triq Nofsinhar – mixja qasira mid-daħla prinċipali tal-Belt Valletta, jilqa’ fih xogħlijiet artistiċi miż-żminijiet medjevali sa dawk kontemporanji. Il-mużew għandu ġabra ta’ xogħlijiet ta’ arti minn artisti lokali u internazzjonali, li jinkludu pitturi, skulturi u oġġetti tal-fidda prezzjużi. Ta’ min iżur dan il-mużew anki għall-bini nnifsu – bini mill-isbaħ fl-istil rokoko magħruf bħala d-Dar tal-Ammirall, li serva bħala d-dar tal-ammirall Ingliż, kif ukoll akkomodazzjoni temporanja għal personalitajiet kbar bħal Winston Churchill.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija
Dan il-mużew, li jinsab fil-Berġa sabiħa u Barokka ta’
Provence fi Triq ir-Repubblika, jilqa’ fih artefatti antiki u esebiti informattivi li jmorru lura saħansitra 5,000 QK. L-iskultura famuża magħrufa bħala ‘the Sleeping Lady’, li diskutibbilment titqies bħala l-aktar esibit popolari, turi mara pjuttost imdaqqsa li qiegħda tistrieħ fuq ġenbha, li xi wħud jemmnu li tirrappreżenta kultura ta’ divinità femminili.

 

L-Armerija tal-Palazz
L-Armerija tal-Palazz, post prominenti ieħor fil-Belt Valletta, jinsab fil-Palazz tal-Granmastru – ir-residenza uffiċjali storika tal-Granmastri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dan il-bini lussuż iservi wkoll bħala s-sede tal-parlament tal-pajjiż u l-Uffiċċju tal-President. Minkejja l-fatt li ħafna mir-rikkezzi tal-armerija nsterqu mill-forzi ta’ Napuljun matul il-ħakma qasira tagħhom, il-kontenut esebit għadu jitqies bħala prova inkredibbli tal-meravilji u l-maestà tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. L-esebizzjoni tinkludi qwies, armi tan-nar, munizzjon, kanuni u xwabel. Ta’ interess partikolari huma l-armaturi tal-Kavallieri bid-dettalji dekorattivi komplikati tagħhom.

Il-Villa Rumana
Dan il-mużew fir-Rabat, ftit ’il barra mill-belt antika tal-Imdina, jinsab fil-fdalijiet ta’ dar kbira, li jingħad li kienet tappartjeni għal familja nobbli u sinjura mill-perjodu Ruman. L-aktar karatteristika prominenti ta’ kull żjara fid-Domvs Romana għandha tkun l-art tal-możajk, li għadha ppriservata b’mod impekkabbli u li diskutibbilment titqies bħala fost l-aktar xogħlijiet tal-możajk ippriservati fil-Mediterran. Esebizzjonijiet oħrajn ta’ interess jinkludu artefatti li nstabu waqt skavi arkeoloġiċi fis-sit, inklużi ġugarelli tat-tfal, furfiċetti u ġojjelli oħrajn mill-perjodu Ruman.

Il-Mużew tal-Istorja Naturali
Dan il-mużew ikkatalogat jinkludi flora u fawna Maltin, tant li jospita eluf ta’ esebizzjonijiet ta’ fossili, blat u minerali, mammali, għasafar, rettili u ħut. Bħall-biċċa l-kbira tal-mużewijiet l-oħrajn f’Malta, l-arkitettura tal-Mużew tal-Istorja Naturali hija interessanti daqs l-esebiti li hemm fih. Dan il-mużew jinsab bil-Palazz ta’ Vilhena, li nbena fis-seklu 18.

Mużewijiet importanti oħrajn jinkludu l-Mużew tal-Arkeoloġija f’Għawdex, il-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu ta’ Malta.

 



Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn